August 20, 2010
Skeda li tibda minn Ottubru 2010
Ċirkulari 10/10Lill-Istazzjonijiet tat-Televiżjoni Skeda li tibda minn Ottubru 2010 Nirreferi għal-laqgħa li kellna dwar il-provvedimenti l-ġodda tal-Att Dwar ix-Xandir. Taħt Artiklu 23 tal-Att Dwar ix-Xandir, qed nitlob kopja tal-iskeda tal-istazzjon tiegħek li tibda minn Ottubru li ġej. Flimkien mal-iskeda neħtieġ ukoll deskrizzjoni qasira dwar kull programm kif ukoll il-ġeneru ti...
July 28, 2010
Deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir dwar Ilment imressaq mill-Partit Laburista kontra NET Television
Stqarrija għall-Media 14/10 Deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir dwar Ilment imressaq mill-Partit Laburista kontra NET Television L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Laburista, ai termini ta’ Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir, dwar il-mod kif kien ixxandar dritt ta’ risposta, mitlub mill-istess Partit, fil-bullettin tal-aħbarijiet ta’ NET Television tad-19 ta’ Ġunju 201...
July 19, 2010
Spjegazzjoni tal-Audio Visual Media Services Directive
Ċirkulari 9/10 Spjegazzjoni tal-Audio Visual Media Services Directive Mill-1 ta’ Ġunju 2010 daħlu fis-seħħ tibdiliet fl-Att dwar ix-Xandir. Dan it-tibdil jirrifletti d-Direttiva tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala l-Audio Visual Media Services Directive, li torbot l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.Permezz ta’ din iċ-ċirkulari, se nelenka liema huma l-bidliet prinċipali li jol...
July 19, 2010
Talba għal Dritt ta’ Risposta mill-Partit Nazzjonalista
Stqarrija għall-Media 13/10 Talba għal Dritt ta’ Risposta mill-Partit Nazzjonalista L-Awtorità kellha quddiemha ilment, datat 11 ta’ Ġunju, 2010, mill-Partit Nazzjonalista kontra One News, liema ilment kien jikkonċerna aħbar imxandra minn One News fl-aħbarijiet tas-7.30p.m tal-31 ta’ Mejju, 2010 dwar il-proċess ta’ tender tas-SuperYachts fit-tarzna u fejn kien ġie rappurtat illi Dr ...
July 13, 2010
Ripetizzjonijiet ta' Programmi
Ċirkulari 8/10Ripetizzjonijiet ta' ProgrammiJidher li fl-iskeda tas-sajf l-istazzjonijiet qed ixandru numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ programmi li madankollu mhumiex indikati bħala tali. Għaldaqstant l-Awtorità, permezz ta’ din ic-cirkulari, qed tfakkarkom fl-obbligu li kull meta jkun hemm ripetizzjoni ta’ programm, dan għandu jiġi indikat matul il-programm kollu. B’danakollu u sabiex tiffaċil...