Stqarrija Nru : 02/11
Xandiriet għar-Referendum 2011 - Dibattitu
Bħala parti mill-iskema ta’ Xandiriet għar-Referendum 2011 organizzata mill-Awtorita’ tax-Xandir, nhar l-Erbgħa 11 ta’ Mejju, 2011, ser jixxandar dibattitu bejn il-Moviment IVA għad-Divorzju, IVA għaż-Żwieġ u l-Moviment Żwieġ Bla Divorzju. Dan id-dibattitu ta’ 60 minuta ser jixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20.40.
Is-suġġett għal dan id-dibattitu ser ikun "Id-Divorzju Għandu Postu f’Malta?", u l-kelliema ser ikunu Dr Carmel Azzopardi u Dr Deborah Schembri għall-Moviment IVA għad-divorzju, IVA għaż-żwieġ, u Dr Anna Vella u Dr Bernard Grech għall-Moviment Żwieġ Bla Divorzju. Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Keith Demicoli.
Mario Axiak M.B.A. (Maastricht) 9th May 2011
Head Research & Communications Ref.: 16/11