Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibbiltà

Web Accessibility

Din l-istqarrija tgħodd għas-sit uffiċjali tal-Awtorità tax-Xandir Maltija. L-aħħar bidla f'din l-istqarrija saret nhar il-21 ta' Diċembru 2022.

 

Għanijiet

L-Awtorità tax-Xandir Maltija taħdem biex is-servizzi tal-internet tagħha jkunu disponibbli bl-aqwa mod għal kulħadd. Bħala Awtorità għandna l-għan li nkomplu ntejbu l-aċċessibbiltà tas-servizzi billi naddattaw il-proċessi tagħna skont il-kummenti u l-ħsibijiet li jidħlulna mingħand il-pubbliku.

 

Kif Naħdmu

Is-sit tal-Awtorità tfassal biex jaħdem fuq l-ktar browsers ġodda bħal Google Chrome, Firefox u Microsoft Edge.

Biex niżguraw din il-ħaġa, is-sit tagħna jimxi mal-istandard tal-aċċessibbiltà EN310549 u mal-linji gwida WCAG 2.1. Niċċekkjaw ir-riżorsi u l-formoli tal-internet tagħna, kemm aħna stess kif ukoll awtomatikament, biex niżguraw li jimxu mal-linji gwida WCAG 2.1 tal-Livell AA. Dan is-sit tfassal biex jaħdem sew u jkun aċċessibbli meta jinfetaħ b'teknoloġiji tal-hardware u tas-software mġedda kif suppost.

Minħabba li nifhmu li l-fatt li nimxu mal-istandards u mal-linji gwida mhux biżżejjed biex niżguraw li s-sit huwa aċċessibbli, l-Awtorità twettaq stħarriġ fost l-utenti tas-sit biex tikseb il-kummenti u l-ħsibijiet meħtieġa ħalli tiżgura li s-sit ikun jista' jintuża kif suppost. Meta tista' tagħmel hekk, l-Awtorità tipprova taqsam kontenut aċċessibbli anki meta tuża mezzi ta' komunikazzjoni oħra bħal ngħidu aħna, il-media soċjali.

 

Faċilitajiet ta’ Aċċessibbiltà

Is-sit tal-Awtorità juża wiġits għat-tipi, għad-daqs tal-kitba u għall-bidla fl-ilwien għax dawn il-faċilitajiet diġà jinsabu fl-iktar verżjonijiet ġodda tal-browsers tal-internet jew jistgħu jitħaddmu minn għadd ta' żidiet jew plugins li jħallu lill-utenti jaddattaw il-ħidma tas-sit għall-ħtiġijiet tagħhom. Dawn l-għażliet għall-personalizzazzjoni jaħdmu mal-biċċa l-kbira tas-siti u mhux limitati biss għas-sit tal-Awtorità tax-Xandir. Biex l-utenti jkunu jistgħu jippersonalizzaw kemm jista' jkun il-ħidma tas-sit, l-Awtorità tagħmel l-almu tagħha biex is-sit ikun kemm jista' jkun kompatibbli mal-bidliet meħtieġa mill-utenti.

 

Biex mhux biss nimxu mal-linji gwida msemmija hawn fuq imma mmorru lil hinn minnhom, fuq is-sit tal-Awtorità ssib dal-faċilitajiet ta’ aċċessibbiltà li ġejjin:

  • Il-kontenut bl-informazzjoni, fejn ikun il-każ, imqassam f'listi HTML;

  • Il-vleġġa tal-mouse tinbidel għal ikona differenti meta tkun fuq ħolqa;

  • L-istampi għandhom isem, deskrizzjoni alternattiva għal min nieqes mid-dawl u deskrizzjoni taħt kull stampa meta din l-informazzjoni tkun siewja;

  • Is-sit juża l-ikbar kuntrast għal lewn il-kitba fejn ikun il-każ;

Kull ħolqa li tagħti għal barra s-sit tagħna tinfetaħ f'tab għaliha meta tagħfas fuqha.

 

Kontenut Li Mhux Aċċessibbli

Jekk issib xi kontenut li mhux aċċessibbli fuq is-sit tagħna, jekk jogħġbok għarrafna billi timla l-formola "Iktbilna". Jekk jidħlilna tagħrif dwar dan, l-Awtorità se tqis il-problema bl-aċċessibbiltà u tifhem u ssib kif issewwiha b'mod li tilħaq l-għan tagħha.

 

Ħsibijiet, Kummenti u Dettalji għall-Kuntatt

Għalkemm nagħmlu l-almu tagħna biex nagħmlu kollox kif suppost, nafu li mhux dejjem se jirnexxilna. Iktar ma nagħtu servizzi u riżorsi fuq l-internet, iktar hemm ċans li taħarbilna xi ħaġa. Biss nagħtu kelmtna li nippruvaw insewwu kull problema marbuta mal-aċċessibbiltà mingħajr telf ta' żmien. U hawn neħtieġu l-għajnuna tiegħek. Jekk jogħġbok għarrafna jekk issib xi problema meta tiġi biex tuża s-sit tagħna jew jekk xi ħaġa ma taħdimx kif suppost.

Tista' tiktbilna billi timla l-formola "Iktbilna".

 

Ilmenti

L-Awtorità tax-Xandir Maltija hija l-entità responsabbli mit-twettiq tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet tal-mowbajl tal-entitajiet tas-settur pubbliku. Jekk il-problema marbuta mal-aċċessibbiltà teknika tiegħek ma tissewwiex jew tkun tixtieq tressaq ilment uffiċjali, tista' tagħmel hekk billi tikteb lill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni mill-formola tal-ilmenti tal-internet tagħha.

 

Ħoloq Importanti