Daħla
Għall-Awtorità tax-Xandir Maltija (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'l-Awtorità' jew 'aħna'), il-ħarsien tal-privatezza tiegħek huwa importanti ħafna u għalhekk impenjata li tħares id-dejta personali kollha li taf tiġbor mingħandek. Aħna nieħdu l-miżuri xierqa kollha biex ma nħallu lil ħadd jikseb aċċess għad-dejta tiegħek mingħajr il-permess tiegħek. Ma naqsmux id-dejta personali li niġbru mingħandek meta żżur u/jew tuża s-sit tagħna ma' persuni jew entitajiet barranin ħlief fil-każijiet li ġejjin:
Meta l-Awtorità tqabbad lil dawn il-persuni jew l-entitajiet barranin biex iwettqu d-dmirijiet tagħha;
Meta tagħtina l-permess nagħmlu hekk;
Meta jkun hemm dmir legali jew regolatorju li naqsmu d-dejta personali tiegħek.
Din il-politika tal-privatezza tagħti d-dispożizzjonijiet li jgħoddu għas-sit tagħna u l-faċilitajiet li jagħti u tfisser kif niġbru d-dejta personali tiegħek, liema dejta personali nistgħu niġbru dwarek, għaliex neħtiġuha, x'nagħmlu biha, għal kemm inżommuha u x'inhuma l-jeddijiet tiegħek.
Il-Kontrollur tad-Dejta ta' das-sit (li jqiegħed l-għan għall-ġbir tad-dejta personali u l-metodi ta' kif nipproċessaw dik id-dejta miġbura) huwa l-Awtorità. L-indirizz uffiċjali tal-Awtorità huwa 7, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1719, Malta.
Bdilna din il-politika tal-privatezza biex naddattawha għar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (UE) 2016/769 (GDPR) u għalhekk jekk jogħġbok aqraha bir-reqqa.
Kif niġbru d-dejta personali tiegħek
Il-frażi 'dejta personali' tfisser kull informazzjoni dwarek li tista' twassal biex dak li jkun jagħraf min int bħal, ngħidu aħna, ismek, l-indirizz tiegħek u/jew l-indirizz elettroniku (email) tiegħek. L-Awtorità tiġbor id-dejta personali tiegħek meta tuża dawn is-servizzi li ġejjin mis-sit tagħna:
Il-formola 'Iktbilna'
Meta tinkiteb għan-newsletter tagħna
Liema dejta personali nistgħu niġbru dwarek
Biex nagħtuk servizz u għalhekk nagħmluha ta' proċessuri tad-dejta f'ismek, niġbru din ix-xorta ta' dejta personali mingħandek:
Ismek u Kunjomok
L-Indirizz Elettroniku Tiegħek
In-Numru tat-Telefown/tal-Mowbajl Tiegħek
Għaliex neħtieġu d-dejta personali tiegħek
L-Awtorità tista' tiġbor u tipproċessa d-dejta personali tiegħek għal dawn l-għanijiet li ġejjin:
Biex taqdi d-dmirijiet legali tagħha u twettaq ħidmitha;
Biex tagħtik is-servizzi li tlabt;
Biex tkun tista' tikkomunika miegħek sew meta tiġi biex twettaq servizz, biex tieħu ħsieb ir-relazzjoni tagħha miegħek bħala l-klijent tagħha u biex ittejjeb is-servizzi tagħha u l-esperjenza tiegħek magħha fil-ġejjieni;
Biex twieġeb, bil-permess ċar tiegħek, kull kummenti jew ilmenti li jafu jidħlulha mingħandek u/jew, meta jkollha interess leġittimu, biex tqis l-ilmenti li jafu jidħlulha mingħandek jew minn oħrajn dwar is-sit jew is-servizzi tagħha;
Biex tagħtik l-aħbarijiet tagħha.
Meta jkun il-każ u meta tkun tista' tagħmel hekk, l-Awtorità se tagħtik l-għażla li titlobha ma tikkomunikax miegħek. Dejjem se tkun tista' timxi mal-istruzzjonijiet li ssib fil-messaġġi nfushom biex titlob lill-Awtorità ma tibgħatlekx iktar messaġġi elettroniċi.
X'nagħmlu bid-dejta personali tiegħek
Aħna nipproċessaw id-dejta personali tiegħek fl-uffiċċji tagħna li jinsabu l-Ħamrun, Malta. Id-dejta tinżamm u tinħażen fuq is-servers privati tagħna li jinsabu fil-binja tal-Awtorità tax-Xandir fil-Ħamrun.
Nafu naqsmu d-dejta personali tiegħek mal-persuni u l-entitajiet barranin imsemmija hawn taħt:
Ma' awtorità regolatorja jew entità mwaqqfa bil-liġi jekk din l-awtorità jew din l-entità tibagħtilna talba għall-informazzjoni jew jekk ikollna dmir legali li naqsmu d-dejta magħha;
Mal-konsulenti professjonali tagħna bħal, ngħidu aħna, l-awdituri u l-konsulenti tal-Awtorità u l-konsulenti legali u finanzarji barra mill-Awtorità;
Mal-fornituri jew l-operaturi tas-servizzi barra l-Awtorità li jagħtuna dak li hu meħtieġ għall-ħidma tagħna ta' kuljum. Fosthom jaf ikun hemm: WeTransfer, Sage u Active Directory.
L-ebda fornitur jew operatur ta’ servizz ieħor mhu se jkollu aċċess għad-dejta tiegħek sakemm ma jkunx hemm liġi li tqiegħed fuqna d-dmir naqsmu d-dejta miegħu.
Għal kemm inżommu d-dejta personali tiegħek
Sakemm ma jingħadx mod ieħor f'din il-politika tal-privatezza, ma nżommux id-dejta personali tiegħek għal iktar żmien minn dak meħtieġ mill-Awtorità. Hekk kif jgħaddi dak iż-żmien, l-Awtorità teqred għalkollox id-dejta personali kollha li jkollha dwarek. Se nżommu kull dejta personali dwarek, li nkunu qed nużaw biex naqsmu l-aħbarijiet tagħna miegħek, sakemm tgħarrafna li ma tixtiqniex inkomplu nibagħtulek dik l-informazzjoni.
Mhux se nżommu d-dejta tiegħek għal iktar żmien milli meħtieġ biex naqdu l-għan li nkunu qed nipproċessawha għalih. Biex nifhmu t-tul ta' żmien li għalih għandna nżommu d-dejta personali, inqisu l-kwantità, ix-xorta u l-importanza tad-dejta personali, l-għanijiet li nkunu qed nipproċessawha għalihom u jekk nistgħux nilħqu dawk l-għanijiet b'xi modi oħra.
Cookies
Il-cookies huma frak tad-dejta li l-brawżer tiegħek jaħżen fil-ħażna tal-kompjuter tiegħek meta żżur xi sit. L-Awtorità tax-Xandir tuża l-cookies biex tagħtik l-aqwa esperjenza fuq l-internet int u tqalleb is-sit tagħna u biex tiġbor l-istatistika dwar kif tuża s-sit tagħna biex tifhem kif tista' ttejjeb is-servizz. Nużaw cookies oħra biex nuruk riklami addattati għalik minn riklamaturi fdati li ma jagħmlux parti mill-Awtorità.
Is-sit tagħna juża dawn il-cookies li ġejjin:
Cookies Meħtieġa: dawn il-cookies meħtieġa għall-ħidma bażika tas-sit tagħna u għalhekk ma tistax tiċħadhom.
Cookies għall-Analiżi u l-Fehim tal-Ħidma tas-Sit: dawn il-cookies jiġbru d-dejta dwar il-ħidma tas-sit u jużawha biex itejbu l-mod kif jaħdem is-sit tagħna.
Cookies minn Entitajiet Barranin: dawn il-cookies jintużaw l-iktar għar-riklami fuq l-internet u jħalluna nqabbduk man-networks tal-media soċjali tiegħek biex tkun tista' taqsam il-kontenut tas-sit tagħna bil-media soċjali. Dawn il-cookies ġejjin minn sit barra l-Awtorità li m'għandux x'jaqsam mas-sit tagħna.
Tista' tieħu ħsieb il-cookies mill-għażliet tal-cookies li jitilgħu l-ewwel darba li tidħol fis-sit tagħna.
Il-Jeddijiet Tiegħek
Bħala persuna privata għandek il-jedd li titlob:
Kopja tad-dejta personali tiegħek li għandna miżmuma għandna;
Kopja elettronika tad-dejta personali tiegħek (portabbiltà);
Tiswija tad-dejta personali tiegħek jekk mhix kompluta jew mhix preċiża;
Tħassir jew limitazzjoni tad-dejta personali tiegħek f'ċerti ċirkostanzi maħsuba mil-liġijiet li jorbtu; jew
Jekk tkun qbilt li tħallina nipproċessaw id-dejta personali tiegħek, it-tneħħija tal-qbil tiegħek meta jidhirlek int.
Biex nagħtuk servizz aħjar, is-sit tagħna jaf ikun fih xi ħoloq għal siti barranin, kemm siti lokali kif ukoll siti internazzjonali. Jekk jogħġbok żomm f'moħħok li meta tiftaħ dawn is-siti, din il-politika mhux se tibqa' torbot imma tibda torbot il-politika tal-privatezza tas-sit li tkun ftaħt. L-Awtorità mhix responsabbli għall-kontenut li ssib, il-mod kif tuża s-siti, l-imġibiet marbuta mal-privatezza u l-qbil li tagħti fuq dawn is-siti u għalhekk nissuġġerulek taqra l-politika tal-privatezza u r-regoli tal-użu ta' dawn is-siti li mhumiex tal-Awtorità.
Is-sit tagħna juża t-teknoloġija Secure Sockets Layer (SSL) biex jiżgura li d-dejta personali tiegħek tintbagħat b'mod sigur. Ħdejn l-indirizz tas-sit għandek issib is-simbolu ta' katnazz u l-indirizz tas-sit għandu jibda b'"https://"—ħaġa li turi li s-sit huwa sigur. It-teknoloġija SSL toħloq kodiċi ż-żewġ naħat ta' konnessjoni bħal, ngħidu aħna, il-kompjuter tiegħek u s-server li qed taqbad miegħu. Kull dejta li tibgħat int u tuża s-sit tagħna se tiġi kodifikata qabel tintbagħat biex imbagħad il-kodifikazzjoni titneħħa malli tasal fuq is-servers tagħna. Din il-ħaġa tiżgura li d-dejta ma tkunx tista' tinqara minn xi ħadd ieħor hi u tintbagħat.
Se nibdlu din il-paġna b'verżjoni ġdida jekk nagħmlu xi bidliet f'din il-politika tal-privatezza. Tagħmel tajjeb li taqra l-paġna tal-'Politika tal-Privatezza' kull darba li tiftaħ is-sit tagħna biex tifhem il-bidliet li kull tant żmien nafu nagħmlu.
Jekk għadek tħoss li ma pproċessajniex id-dejta personali kif suppost, għandek il-jedd tressaq ilment mal-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Ħarsien tal-Informazzjoni u tad-Dejta (IDPC) li bbażat f'dan l-indirizz: It-Tieni Sular, Airways House, Triq il-Kbira, Tas-Sliema SLM 1549, Malta billi jew timla u tibgħat il-formola tal-ilmenti bl-internet (https://register.idpc.org.mt/report-breach/complaint/) jew billi tibgħat email fuq idpc.info@idpc.org.mt.
Kif tikkuntattjana dwar id-dejta personali tiegħek b'rabta ma' din il-politika tal-privatezza
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-politika tal-privatezza jew dwar id-dejta personali tiegħek, jekk jogħġbok ibagħtilna email fuq info.ba@ba.org.mt jew iktbilna fuq dan l-indirizz:
L-Uffiċjal tal-Ħarsien tad-Dejta
L-Awtorità tax-Xandir
7, Triq Mile End,
Il-Ħamrun, ĦMR1719,
Malta