Xandiriet għar-Referendum 2011 – Konferenza tal-Aħbarijiet

Stqarrija Nru : 03/11

 

Xandiriet għar-Referendum 2011 – Konferenza tal-Aħbarijiet

 

Bħala parti mill-iskema ta’ Xandiriet għar-Referendum 2011, l-Awtorita’ tax-Xandir ser torganizza konferenza tal-aħbarijiet nhar it-Tlieta 17 ta’ Mejju, 2011. Dr Deborah Schembri f’’isem il-Moviment IVA għad-Divorzju, IVA għaż-Żwieġ ser tkun qed twieġeb mistoqsijiet dwar id-divorzju li se jsirulha minn sitt ġurnalisti.

Din il-konferenza ta’ 60 minuta ser titmexxa minn Ruth Amaira u ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20:40.

 

Mario Axiak M.B.A. (Maastricht)                                                                                                                                    13 ta' Mejju 2011

Head, Research & Communications,

Broadcasting Authority