April 30, 2010
Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir
Ċirkulari 1/10 Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir F’April tas-sena 2009, l-Awtorità tax-Xandir kienet nidiet, permezz ta’ Ċirkulari 9/09, proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-użu tajjeb tal-ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir u, għal dan il-għan, kienet qassmet lill-istazzjonijiet kollha abbozz ta’ Kodiċi dwar l-Użu Tajjeb tal-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir...
April 22, 2010
Ittra Uffiċjali tal-Awtorità tax-Xandir b’risposta għall-Ittra Uffiċjali ta’ PBS Ltd.
Stqarrija 5/10 Ittra Uffiċjali tal-Awtorità tax-Xandir b’risposta għall-Ittra Uffiċjali ta’ PBS Ltd. Fl-20 ta’ April 2010 l-Awtorità tax-Xandir ippreżentat ittra uffiċjali b’risposta għall-ittra uffiċjali li ppreżentat Public Broadcasting Services Ltd fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili dwar id-deċiżjoni tal-istess Awtorità datata 6 t’April 2010 dwar il-programm Bondiplus li xxandar...
January 05, 2010
Il-Parteċipazzjoni tat-Tfal fi Programmi tax-Xandir – L-Awtorità tax-Xandir tieħu passi dwar programm li jixxandar fuq One TV
Stqarrija għall-Midja 1/10 Il-Parteċipazzjoni tat-Tfal fi Programmi tax-Xandir –L-Awtorità tax-Xandir tieħu passi dwar programm li jixxandar fuq One TV Il-Liġi dwar ix-Xandir, u b’mod partikolari l-Liġi Sussidjarja, tinkludi numru ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw il-parteċipazzjoni u d-dehra tat-tfal fi programmi tax- xandir, dispożizzjonijiet li huma ntiżi sabiex jipproteġu l-in...
December 18, 2009
Reklamar Politiku
Reklamar Politiku Irrid infakkar lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir li l-Att dwar ix-Xandir (Paragrafu 1(f) tat-Tielet Skeda) jipprojbixxi r-reklamar politiku ħlief meta dan ikun awtorizzat taħt skema ta’ xandiriet politiċi approvata mill-Awtorità tax-Xandir. L-Awtorita’ tagħti interpretazzjoni wiesgħa ta’ din id-dispożzzjoni u għalhekk ma tippermettix ukoll reklamar li l-għan tiegħu ...
December 15, 2009
Rappurtaġġ b’Lingwi Barranin Waqt Aħbarijiet
Rappurtaġġ b’Lingwi Barranin Waqt Aħbarijiet L-Awtorità tax-Xandir irċeviet numru ta’ lmenti dwar rappurtaġġ li qed isir fil-bullettini talaħbarijiet, kif ukoll waqt l-aħbarijiet sportivi ta’ intervisti u servizzi li jsiru bil-lingwa Ingliża jew Taljana.Skont il-Linji Gwida maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir, meta jkun hemm intervisti jew servizzi qosra li mhux bil-Malti, għandu jsir sforz...