October 21, 2013
Programmi Li Fihom Jinġabru l-Flus Għall-Karità
Ċirkulari 28/13Ċirkulari lill-Istazzjonijiet Kollha tax-Xandir Programmi Li Fihom Jinġabru l-Flus Għall-Karità Minn żmien għal żmien numru ta’ stazzjonijiet, sew tat-televiżjoni, kif ukoll tar-radju, jorganizzaw maratoni ta’ ġbir, liema flus imorru għal xi għan filantropiku jew għall-karità. Fihom infushom dawn ix-xandiriet għandhom għan tajjeb għax permezz tagħhom jinġabru somom ta...
September 25, 2013
Stħarriġ tal-Udjenzi
Ċirkulari 27/13Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tax-xandir L-Awtorità tax-Xandir ilha mill-2004 tippubblika stħarriġ tal-udjenzi erba’ darbiet fis-sena b’kull rapport ikopri faxxa ta’ tliet xhur. Spiss kien qed jiġri li r-rapport għall-perjodu ta’ tliet xhur kien qed jiġi ppubblikat daqs tmien ġimgħat wara li jkun skada l-perjodu tal-istħarriġ bil-konsegwenza li tali statistika, għal...
August 07, 2013
Log Tapes li Jridu Jinżammu għal 90 ġurnata
Ċirkulari 26/13Ċirkulari lill-istazzjonijiet kollha tar-Radju tal-Komunità Log Tapes li Jridu Jinżammu għal 90 ġurnata Dan l-aħħar l-Awtorità tax-Xandir għamlet eżerċizzju ta’ moniteraġġ fuq diversi stazzjonijiet tal-komunità. Għal dan il-għan, id-Dipartiment tal-Monitoring jitlob il-log tapes tat-trasmissjoni ta’ ċerti ġranet.Jirriżulta li f’bosta każijiet, l-istazzjonijiet kellhom...
March 09, 2013
Direzzjoni dwar item tal-aħbarijiet speċifika fil-jiem tas-silenzju
Ċirkulari 23/13 F’laqgħa li nżammet kmieni wara nofsinhar, l-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat ilmenti mressqa mill-Partit Laburista dwar ir-rappurtaġġ tal-arrest tas-Sinjura Caruana Galizia u ddeċidiet li, ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, tikkomunika s-segwenti lill-istazzjonijiet kollha.L-Awtorità tagħmel referenza għall-provvedimenti tad-Direttiva maħruġa minnha li tkop...
March 05, 2013
Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 - Dibattitu bejn Dr Gonzi u Dr Muscat
Ċirkolari 22/13 Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013 Dibattitu bejn Dr Gonzi u Dr Muscat Għada l-Erbgħa, 6 ta’ Marzu 2013 fis-2:00pm se jsir rekording ta’ Dibattitu bejn il-Mexxej tal-Partit Nazzjonalista u l-Mexxej tal-Partit Laburista fis-sensiela ta’ programmi bħala parti milliskema ta’ xandiriet pol...