XANDIRIET POLITIĊI MILL‐AWTORITÀ TAX‐XANDIR GĦAL MATUL IL‐KAMPANJA TAL‐ELEZZJONI TAL‐PARLAMENT EWROPEW 2014

Ċirkolari 8/14 

 

XANDIRIET POLITIĊI MILL‐AWTORITÀ TAX‐XANDIR GĦAL MATUL IL‐KAMPANJA TAL‐ELEZZJONI TAL‐PARLAMENT EWROPEW 2014 


Nhar it‐Tnejn, 12 ta' Mejju 2014 fis‐2:00pm se jsir rekording tat‐tielet Dibattitu organizzat mill‐Awtorità tax‐Xandir fis‐sensiela ta’ programmi għall‐Elezzjoni tal‐Parlament Ewropew 2014. 

Dan id‐Dibattitu ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l‐bulletin prinċipali tal­aħbarijiet tat‐8:00 ta' filgħaxija. 

Is‐suġġett għal dan id‐Dibattitu ser ikun "Lejn l‐Elezzjoni tal‐Parlament Ewropew". 

Il‐mistiedna għal dan il‐programm ser ikunu: 

  • Ivan Grech Mintoff u Anthony Calleja għall‐Alleanza Bidla 
  • Arlette Baldacchino u Antoine Galea għall‐Imperium Europa 
  • Jean Pierre Sammut għall‐Alleanza Liberali 

Dan id‐Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira. 

Membri oħra tal‐medja jistgħu jattendu għal dan ir‐recording. Importnti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l‐ismijiet u n‐numru tal‐karta tal‐identità ta' tali persuni lill‐Awtorità tax‐Xandir sabiex dawn in‐nies ikunu jistgħu jidħlu fil‐bini tsl‐PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn nhar it‐Tnejn, 12 ta' Mejju sad‐9:00 ta' filgħodu. Dawk l‐azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq "info.ba@ba.org.mt" ma jitħallewx jidħlu fil‐bini tal‐PBS biex isegwu dan id‐dibattitu. 

Peress li r‐rikording se jibda fit‐2:00, dawk il‐fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl‐istudio biex jiġbdu ritratti/filmati.   

Filmati u teħid ta' ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r‐rekording u għalhekk il‐fotografi u camerapersons jridu jkunu fl‐istudios fit‐1:30pm sabiex jieħdu xi filmati qabel ir‐rekording.

Infakkarkom li l‐kontenut tax‐xandira huwa embargoed sad‐9:45 ta' filgħaxija.

Mario Axiak 

Kap Riċerka u Komunikazzjoni 

9 ta' Mejju 2014

BESbswy