Ċirkolari 9/14
XANDIRIET POLITIĊI MILL‐AWTORITÀ TAX‐XANDIR GĦAL MATUL IL‐KAMPANJA TAL‐ELEZZJONI TAL‐PARLAMENT EWROPEW 2014
Għada l‐Erbgħa, 14 ta' Mejju 2014 fis‐2:00pm se jsir rekording tad‐Dibattitu organizzat mill‐Awtorità tax‐Xandir fis‐sensiela ta’ programmi għall‐Elezzjoni tal‐Parlament Ewropew 2014.
Dan id‐Dibattitu ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l‐bulletin prinċipali talaħbarijiet tat‐8:00 ta' filgħaxija.
Is‐suġġett għal dan id‐Dibattitu, approvat mill‐Awtorità tax‐Xandir, kien magħżul mill‐Partit Laburista u ser ikun "Malta Enerġija Pożittiva".
Il‐mistiedna għal dan il‐programm ser ikunu:
- Is‐Sinjura Marlene Mizzi u s‐Sur Joseph Cuschieri f’isem il‐Partit Laburista
- Is‐Sinjuri David Casa u Kevin Plumpton f’isem il‐Partit Nazzjonalista
- Il‐Perit Carmel Cacopardo f’isem l‐Alternattiva Demokratika
Dan id‐Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira.
Membri oħra tal‐medja jistgħu jattendu għal dan ir‐recording. Importnti li kull azjenda li se tinnomina xi ġurnalist/fotografu jew camera person għandha tibgħat l‐ismijiet u n‐numru tal‐karta tal‐identità ta' tali persuni lill‐Awtorità tax‐Xandir sabiex dawn in‐nies ikunu jistgħu jidħlu fil‐bini tsl‐PBS. Dan għandu jsir sa mhux aktar tard minn għada l‐Erbgħa, 14 ta' Mejju sad‐9:00 ta' filgħodu. Dawk l‐azjendi li ma jibagħtux dettalji fuq "info.ba@ba.org.mt" ma jitħallewx jidħlu fil‐bini tal‐PBS biex isegwu dan id‐dibattitu.
Peress li r‐rikording se jibda fit‐2:00pm, dawk il‐fotografi u/jew camera persons li jaslu tard ma jitħallewx jidħlu fl‐istudio biex jiġbdu ritratti/filmati.
Filmati u teħid ta' ritratti jistgħu jsiru biss qabel ma jibda r‐rekording u għalhekk il‐fotografi u camerapersons jridu jkunu fl‐istudios fit‐1:30pm sabiex jieħdu xi filmati qabel ir‐rekording.
Infakkarkom li l‐kontenut tax‐xandira huwa embargoed sad‐9:45 ta' filgħaxija.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
13 ta' Mejju 2014