Aġġornament dwar iċ-Ċirkolari 07/23 - Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur

Ċirkulari 08/23

Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju

 

Aġġornament dwar iċ-Ċirkolari 07/23 - Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur

 

Qed issir referenza għaċ-ċirkolari 07/23, mibgħuta nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru 2023.

L-Awtorità tifhem li minħabba l-baġit li ġej għas-sena 2024, jista’ jkun hemm trażmissjonijiet relatati mal-baġit li huma ta’ interess pubbliku. Għalhekk, ġie deċiż li fid-dati li ġejjin biss, it-trażmissjonijiet kollha se jibqgħu joperaw fuq l-master antenna l-ġurnata kollha, u mhux fuq l-antenna ta’ riserva:

-          It-Tnejn, 30 ta’ Ottubru 2023 – Diskors tal-Baġit

-          It-Tnejn, 6 ta’ Novembru 2023 – Diskors mill-Kap tal-Oppożizzjoni

-          It-Tlieta, 7 ta’ Novembru 2023 – Diskors mill-Prim Ministru

Nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.

 

Georvin Zammit 
Uffiċjal Tekniku
19 ta’ Ottubru 2023

Ref : 15/61