Ċirkulari 08/23
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Aġġornament dwar iċ-Ċirkolari 07/23 - Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
Qed issir referenza għaċ-ċirkolari 07/23, mibgħuta nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru 2023.
L-Awtorità tifhem li minħabba l-baġit li ġej għas-sena 2024, jista’ jkun hemm trażmissjonijiet relatati mal-baġit li huma ta’ interess pubbliku. Għalhekk, ġie deċiż li fid-dati li ġejjin biss, it-trażmissjonijiet kollha se jibqgħu joperaw fuq l-master antenna l-ġurnata kollha, u mhux fuq l-antenna ta’ riserva:
- It-Tnejn, 30 ta’ Ottubru 2023 – Diskors tal-Baġit
- It-Tnejn, 6 ta’ Novembru 2023 – Diskors mill-Kap tal-Oppożizzjoni
- It-Tlieta, 7 ta’ Novembru 2023 – Diskors mill-Prim Ministru
Nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Georvin Zammit
Uffiċjal Tekniku
19 ta’ Ottubru 2023
Ref : 15/61