Decizjoni tal-Awtorita - Ilmenti dwar 'Xarabank' u 'Ghandi Xi Nghid' (22/05/2014)

Decizjoni tal-Awtorita - Ilmenti dwar 'Xarabank' u 'Ghandi Xi   Nghid' (22/05/2014)

Ilment dwar il-Programm ‘Xarabank fuq TVM

L-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat   ilment imressaq minn Imperium Europa dwar it-trattament tieghu waqt   il-programm Xarabank li xxandar nhar il-Gimgha 16 ta Mejju 2014.

L-Awtorità semghet dan l-ilment   f seduta li nzammet illum u li ghaliha kienu prezenti s-Sur Adriano Spiteri u   Ms Arlette Baldacchino f isem u in rapprezentanza ta Imperium Europa u s-Sur   Reno Bugeja, Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS, li kien assistit   mill-Avukat Mark Vassallo f isem l-istazzjon.

Is-Sur Adriano Spiteri qal li   d-dibattitu tal-panel bejn it-tliet rapprezentanti tal-partiti z-zghar   ixxandar ferm wara nofsilejl u ghalhekk hafna mit-telespettaturi ma kellhomx   l-opportunità li jsegwu din il-parti tal-programm. Barra minn hekk, is-Sur   Spiteri qal ukoll li t-30 sekonda biografija u l-intervista tal-kandidat   Antoine Galea wkoll ixxandru tard hafna u li l-istazzjon messu ha l-mizuri   sabiex din l-intervista u t-tielet dibattitu jixxandru f hin aktar addattat.

Min-naha tieghu l-istazzjon qal li   l-format tal-programm kien deciz qabel ma nghatat id-direttiva mill-Awtorità   tax-Xandir. Ghall-bidu l-programm kien se jikkonsisti f dibattitu wiehed bejn   kelliema taz-zewg partiti ewlenin bir-rapprezentant tal-Alternattiva   Demokratika jippartecipa fl-ahhar parti ta dan id-dibattitu.

L-istazzjon qal ukoll li wara talba   u qbil bejn iz-zewg partiti ewlenin li jkun hemm zewg dibattiti flok wiehed,   il-programm kellu jitwal. Wara li harget id-direttiva tal-Awtorità u wara   direzzjoni mill-PBS, gie deciz li t-tliet rapprezentanti tal-partiti z-zghar   jinghataw ghaxar minuti kull wiehed u allura l-programm rega twal b nofs   siegha ohra. Dan minbarra l-ispots imxandra mill-partiti b rabta mal-iskema   ta xandiriet politici organizzati mill-Awtorità tax-Xandir, liema spots   ixxandru waqt l-istess programm Xarabank.

L-Awtorità, wara li hadet   konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, iddecidiet li ghalkemm   l-istazzjon kien mexa mad-direttiva tal-Awtorità u offra spazju   lill-partiti/movimenti zghar li qed jikkontestaw din l-elezzjoni, kien naqas   meta xandar din l-intervista wara nofsilejl.

L-Awtorità hija tal-fehma li   l-istazzjon seta ha passi biex kemm jista jkun l-ahhar dibattitu ma   jixxandarx daqshekk tard u dan billi certi rkejjen ta divertiment ,fosthom   kant u zfin, setghu ma kienux inkluzi fil-programm, aktar u aktar meta wiehed   iqis li n-natura ta din l-edizzjoni kienet wahda dedikata ghall-kandidati u   l-proposti tal-partiti ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Fid-dawl ta dawn   il-kunsiderazzjonijiet, l-Awtorità ssib li l-ilment imressaq minn Imperium   Europa huwa gustifikat. Madankollu, l-Awtorità thoss li galadarba l-Moviment   Imperium Europa nghata l-ispazju fil-programm u tinnota ukoll l-istazzjon ta   l-opportunità lir-rapprezentanti ta Imperium Europa jwasslu l-messagg   taghhom waqt programmi ohra fuq TVM, m ghandux jinghata rimedju.

 


 

Ilment dwar il-Programm ‘Ghandi Xi Nghid fuq TVM

L-Awtorità kellha quddiemha lment   minghand Imperium Europa datat 21 ta Mejju 2014 rigward il-programm Ghandi   Xi Nghid ta dakinhar stess. Imperium Europa lmenta ghall-fatt li l-parti   allokata ghall-istess kienet se tigi rrekordjata minn qabel, kontrarjament   ghal dak li kien qed isir ma haddiehor, liema agir kien meqjus   diskriminatorju.

L-Awtorità semghet dan l-ilment   f seduta li nzammet illum u li ghaliha kienu prezenti s-Sur Adriano Spiteri u   Arlette Baldacchino f isem u in rapprezentanza ta Imperium Europa u s-Sur   Reno Bugeja, Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS, li kien assistit   mill-Avukat Mark Vassallo f isem l-istazzjon.

L-Awtorità, wara li hadet   konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, b mod partikolari   l-ammissjoni min-naha ta Imperium Europa li minkejja dan it-trattament   il-messagg tal-istess kien twassal lit-telespettaturi u li l-Ligi tax-Xandir   ma tidentifikax format specifiku li permezz tieghu ghandu jitwassal messagg,   iddecidiet li l-ilment ma kienx gustifikat u l-allegazzjoni dwar diskriminazzjoni   ma kinitx tissussisti. In vista ta dan, l-Awtorità qablet li ma tiehux passi   ulterjuri dwar dan il-kaz.