| Decizjoni tal-Awtorita - Ilmenti dwar 'Xarabank' u 'Ghandi Xi Nghid' (22/05/2014) |
| Ilment dwar il-Programm ‘Xarabank fuq TVM L-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat ilment imressaq minn Imperium Europa dwar it-trattament tieghu waqt il-programm Xarabank li xxandar nhar il-Gimgha 16 ta Mejju 2014. L-Awtorità semghet dan l-ilment f seduta li nzammet illum u li ghaliha kienu prezenti s-Sur Adriano Spiteri u Ms Arlette Baldacchino f isem u in rapprezentanza ta Imperium Europa u s-Sur Reno Bugeja, Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS, li kien assistit mill-Avukat Mark Vassallo f isem l-istazzjon. Is-Sur Adriano Spiteri qal li d-dibattitu tal-panel bejn it-tliet rapprezentanti tal-partiti z-zghar ixxandar ferm wara nofsilejl u ghalhekk hafna mit-telespettaturi ma kellhomx l-opportunità li jsegwu din il-parti tal-programm. Barra minn hekk, is-Sur Spiteri qal ukoll li t-30 sekonda biografija u l-intervista tal-kandidat Antoine Galea wkoll ixxandru tard hafna u li l-istazzjon messu ha l-mizuri sabiex din l-intervista u t-tielet dibattitu jixxandru f hin aktar addattat. Min-naha tieghu l-istazzjon qal li l-format tal-programm kien deciz qabel ma nghatat id-direttiva mill-Awtorità tax-Xandir. Ghall-bidu l-programm kien se jikkonsisti f dibattitu wiehed bejn kelliema taz-zewg partiti ewlenin bir-rapprezentant tal-Alternattiva Demokratika jippartecipa fl-ahhar parti ta dan id-dibattitu. L-istazzjon qal ukoll li wara talba u qbil bejn iz-zewg partiti ewlenin li jkun hemm zewg dibattiti flok wiehed, il-programm kellu jitwal. Wara li harget id-direttiva tal-Awtorità u wara direzzjoni mill-PBS, gie deciz li t-tliet rapprezentanti tal-partiti z-zghar jinghataw ghaxar minuti kull wiehed u allura l-programm rega twal b nofs siegha ohra. Dan minbarra l-ispots imxandra mill-partiti b rabta mal-iskema ta xandiriet politici organizzati mill-Awtorità tax-Xandir, liema spots ixxandru waqt l-istess programm Xarabank. L-Awtorità, wara li hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, iddecidiet li ghalkemm l-istazzjon kien mexa mad-direttiva tal-Awtorità u offra spazju lill-partiti/movimenti zghar li qed jikkontestaw din l-elezzjoni, kien naqas meta xandar din l-intervista wara nofsilejl. L-Awtorità hija tal-fehma li l-istazzjon seta ha passi biex kemm jista jkun l-ahhar dibattitu ma jixxandarx daqshekk tard u dan billi certi rkejjen ta divertiment ,fosthom kant u zfin, setghu ma kienux inkluzi fil-programm, aktar u aktar meta wiehed iqis li n-natura ta din l-edizzjoni kienet wahda dedikata ghall-kandidati u l-proposti tal-partiti ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Fid-dawl ta dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-Awtorità ssib li l-ilment imressaq minn Imperium Europa huwa gustifikat. Madankollu, l-Awtorità thoss li galadarba l-Moviment Imperium Europa nghata l-ispazju fil-programm u tinnota ukoll l-istazzjon ta l-opportunità lir-rapprezentanti ta Imperium Europa jwasslu l-messagg taghhom waqt programmi ohra fuq TVM, m ghandux jinghata rimedju.
Ilment dwar il-Programm ‘Ghandi Xi Nghid fuq TVM L-Awtorità kellha quddiemha lment minghand Imperium Europa datat 21 ta Mejju 2014 rigward il-programm Ghandi Xi Nghid ta dakinhar stess. Imperium Europa lmenta ghall-fatt li l-parti allokata ghall-istess kienet se tigi rrekordjata minn qabel, kontrarjament ghal dak li kien qed isir ma haddiehor, liema agir kien meqjus diskriminatorju. L-Awtorità semghet dan l-ilment f seduta li nzammet illum u li ghaliha kienu prezenti s-Sur Adriano Spiteri u Arlette Baldacchino f isem u in rapprezentanza ta Imperium Europa u s-Sur Reno Bugeja, Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS, li kien assistit mill-Avukat Mark Vassallo f isem l-istazzjon. L-Awtorità, wara li hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, b mod partikolari l-ammissjoni min-naha ta Imperium Europa li minkejja dan it-trattament il-messagg tal-istess kien twassal lit-telespettaturi u li l-Ligi tax-Xandir ma tidentifikax format specifiku li permezz tieghu ghandu jitwassal messagg, iddecidiet li l-ilment ma kienx gustifikat u l-allegazzjoni dwar diskriminazzjoni ma kinitx tissussisti. In vista ta dan, l-Awtorità qablet li ma tiehux passi ulterjuri dwar dan il-kaz.
|