L-Għanijiet Tagħna
Li niżguraw kif suppost iż-żamma tal-imparzjalità dovuta fejn jidħlu ħwejjeġ ta' kontroversja politika jew industrijali jew li għandhom x'jaqsmu mal-politika pubblika tal-jum.
Li nqassmu b'mod ġust l-aċċess u l-ħin għax-xandir ma' nies ġejjin minn partiti politiċi differenti.
Li noħorġu l-liċenzji tas-servizzi tax-xandir.
Li nżommu għajnejna fuq is-servizzi tax-xandir u nirregolaw il-ħidma tagħhom b'rabta mad-dmirijiet imqiegħda fuqhom bil-liġi jew bil-liċenzja.
Li niżguraw li s-servizzi tax-xandir lokali jkunu magħmula minn xandiriet pubbliċi, privati u xandiriet tal-komunità bi programmi varjati u li jolqtu kemm jista' jkun suġġetti biex ikunu addattati għall-interessi u l-gosti ta' kulħadd.
Il-missjoni tagħna hi li "nirregolaw ix-xandir filwaqt li nħarsu l-interess pubbliku".