September 03, 2015
TVM - Ħadd Għalik - 24 u 31 ta' Marzu 2013
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront tal-istazzjon TVM dwar l-edizzjonijiet tal-programm Ħadd Għalik li xxandru fl-24 u l-31 ta’ Marzu 2013 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16M(3)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt il-kompetizzjoni sponsorjata minn Pizza by Luca ingħataw dettalji u saru kummenti li kien jidher li jmorru kontra l-provedimenti dwar product placement.L-...
August 31, 2015
F Living - F Living Show - 4 ta' Lulju 2014
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ F Living Channel dwar il-programm F Living Show li xxandar fl-4 ta’ Lulju, 2014 fejn ġie allegat ksur ta’ Artikli 15, 23, 25(b) u 33 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt il-programm kien hemm diversi ksur li kienu: t-telebejgħ ta’ Stylish Bathrooms li fih ma kienx hemm il-prezzijiet tal-oġġetti li kienu qegħdin jidhru waqt ...
August 31, 2015
Magic FM - Carlo's Breakfast Cafe - 15 ta' Lulju 2014
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża dwar reklam li xxandar fil-programm Carlo’s Breakfast Cafe fejn ixxandar reklam ta’ Marion Mizzi Wellbeing, allegatament bi ksur ta’ paragrafu 9.1(c) ta’ Legiżlazzjoni Sussidjarja 350.30 (Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika fuq Programmi li jinvolvu l-Parteċipazzjoni ta’ Ċerti Professjonisti fil-Kura Medika fil-Mezzi tax-Xandir u Ħtiġijiet dwar Reklamar, Met...
August 31, 2015
Net TV - The Client - 21 ta' Ottubru 2014
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm The Client li xxandar fil-21 t’Ottubru, 2014 fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 16M(1), ksur ta’ Artiklu 16M(3)(c), u ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir, meta:Fil-bidu tal-programm kien hemm zoom out minn fuq il-preżentatriċi fejn warajha deher b’mod ċar basket ta’ The Make-up Facto...
August 31, 2015
Net TV - Xift - 20 ta' Ottubru 2014
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm Xift li xxandar fl-20 t’Ottubru, 2014 fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 16M(3)(c) u paragrafi 20 u 33 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir fejn waqt ir-rokna informattiva dwar il-kura tax-xagħar flimkien ma’ Christina Miceli, kien hemm iffukar fuq il-prodotti tax-xagħar tad-ditta Zero 35. Intant, waqt l-istes...