December 14, 2015
NET TV - Malta Lejla - 7 ta' Novembru u 5 ta' Diċembru 2011
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar żewġ edizzjonijiet tal-programm Malta Lejla li xxandru fis-7 ta’ Novembru u l-5 ta’ Diċembru, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir kif ukoll paragrafi 13.1, 14.1(a) u 14.1(ċ) tal-Ħtiġijiet Dwar Standards u Prattika fuq Programmi li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ Ċerti Professjoni...
December 14, 2015
ONE - Bonġu Bundy - 25 ta' Novembru u 5 ta' Diċembru 2011
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar il-programm Bonġu Bundy tal-25 ta’ Novembru, 2011 u l-5 ta’ Diċembru, 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon eċċeda l-ħin allokat għal reklami spot f’siegħa orarja.L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u kif ukoll lis-Sur Roberto Francalanza li deher f...
December 14, 2015
ONE - Trażmissjonijiet ta' 28 u 29 Novembru u 5 ta' Diċembru 2011
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ ONE dwar trażmissjonijiet tat-28 u d-29 ta’ Novembru u l-5 ta’ Diċembru 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta l-istazzjon eċċeda l-ħin allokat għal reklami spot f’siegħa orarja.Il-Kap Eżekuttiv informa lill-membri li qabel is-seduta odjerna kien ġie infurmat mill-istazzjon li da...
December 10, 2015
Bay Radio - Bay Breakfast with Drew - 15 ta' Settembru 2011
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Bay Radio dwar il-programm Bay Breakfast with Drew tal-15 ta’ Settembru 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 6.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorship u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku, meta sar reklam għal Medasia on the Strand, Sliema, Happy Hour.L-Awtorità semgħet kemm...
December 10, 2015
Education 22 - Dissett - 29 ta' Novembru 2011
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Education 22 dwar il-programm Dissett tad-29 ta’ Novembru 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorship u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku meta l-istazzjon xandar reklam għall-inbid f’ħin li kien ipprojbit bil-liġi.L-Awtorità semgħet kemm l...