TVM-Aħbarijiet - 12 ta' Novembru 2020

Ilment mill-Partit Nazzjonalista kontra PBS Limited dwar zewg rapporti li xxandru fil-bulettin tal-ahbarijiet ta TVM tat-12 ta Novembru 2020.

L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista kontra PBS Limited rigward zewg rapporti li xxandru fil-bulettin tat-12 ta Novembru, 2020.

F korrispondenza datata 12 ta Novembru u indirizzata lill-PBS, il-Partit Nazzjonalista ilmenta ghall-fatt li TVM ma trattax kif jixraq zewg items ta importanza fil-bulettin tal-ahbarijiet tat-12 ta Novembru. Dawn kienu jirrigwardjaw il-hatra tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Roberta Metsola bhala l-ewwel Vici President tal-Parlament Ewropew kif ukoll l-item  dwar il-konferenza tal-ahbarijiet moghtija mill-Kap tal-Oppozizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Dr Bernard Grech f Ghawdex. Il-Partit Nazzjonalista ilmenta li l-ahbar ta Dr Roberta Metsola xxandret bhala t-tlettax-il item u lanqas ma kien hemm intervista ma Dr Roberta Metsola. F din il-korrispondenza wkoll sar ilment ghar-rapport dwar il-konferenza tal-ahbarijiet li inghatat mill-Kap tal-Oppozizzjoni u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech minhabba li dan ir-rapport kien wiehed fqir minhabba li ma rrapurtax l-impenji u z-zjarat li l-Kap tal-Oppozizzjoni kellu f Ghawdex. Il-Partit Nazzjonalista qal li dak li sehh kien kollu bi ksur tal-provvedimenti fuq il-htiega  li l-ahbarijiet jinghataw b mod oggettiv u b imparzjalita stretta u dan skont il-Provvedimenti tal-Artikolu 119 tal-Kostituzzjoni ta Malta u d-dispozizzjonijiet tal-Att dwar ix-Xandir kif ukoll il-Provvedimenti tal-Legislazzjoni Sussidjarjaja 350.14.

L-Awtorità semghet virtwalment lil Dr Francis Zammit Dimech  u lil Dr Karol Aquilina li dehru ghall-Partit Nazzjonalista u lis-Sinjura Norma Saliba li kienet akkumpanjata mill-avukat tal-PBS Ltd, Dr Mark Vassallo f seduta li inzammet fit-30 ta Novembru 2020.

Min-naha tieghu Dr Zammit Dimech ressaq il-kaz u qal li r-rapport dwar il-hatra ta Dr Roberta Metsola bhala Vici President tal-Parlament Ewropew giet impoggija ‘l isfel fl-ordni tal-ahbarjiet. Qal li kien hemm items ta inqas importanza u li gew irrapurtati qabel din l-istorja. Dr Zammit Dimech qal li din l-istorja kienet ta importanza kbira ghaliex din kienet l-ewwel Maltija f din il-hatra li hija it-tieni l-oghla kariga fil-Parlament Ewropew. Kien ghalhekk li l-Partit Nazzjonalsita ilmenta minhabba li l-coverage ma kienx jaghmel gustizzja ma din il-hatra u l-kariga l-gdida.

Fir-rigward tat-tieni parti tal-ilment li kien jitratta r-rapurtagg tal-konferenza tal-ahbarijiet tal-Kap tal-Oppozizzjoni li ta f Ghawdex, Dr Zammit Dimech qal li f dan il-kaz mhux biss l-ordni ma kinitx gusta imma anke l-kontenut tar-rapport innifsu ma kienx jaghmel haqq mal-attivitajiet  li kellu Dr Bernard Grech f Ghawdex. Qal li l-PBS imkien ma ta coverage ghaz-zjarat li ghamel Dr Bernard Grech waqt li kien f Ghawdex.

Dr Zammit Dimech qal li dan kollu sar bi ksur tal-provvediment li l-ahbarijiet iridu jinghataw b mod oggettiv u b imparzjalita u ghalhekk kien hemm ksur tal-provvediment ta Artiklu 119 tal-Kostituzzjoni ta Malta u d-dizpozzjonijiet tal-Att dwar ix-Xandir u l-provvedimenti moghtija fil-Legislazzjoni Sussidjarja 350.14.

Ghall-PBS, is-Sinjura Saliba wiegbet li fir-rigward tal-hatra ta Dr Roberta Metsola bhala Vici President tal-Parlament Ewropew, hija kienet ippjanat li din l-avveniment tkun maqsuma fuq jumejn. Qalet li fil-fatt din l-ahbar kompliet tigi rrapurtata l-ghada fil-bulettin kif ukoll l-istess Dr Roberta Metsola giet mistiedna waqt il-progrmam TVAM tal-ghada 13 ta Novembru 2020.

Rigward it-tieni parti tal-ilment is-Sinjura Saliba qalet fir-rigward tar-rapurtagg tal-konferenza tal-ahbarijiet moghtija minn Dr Bernard Grech f Ghawdex, il-PBS kien irraporta dak li kienet qed tintalab mill-press call mahruga mit-taqsima tal-kommunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Qalet li l-PBS kien infurmat li kienet ser issir konferenza tal-ahbarijiet f Ghawdex mill-Kap tal-Oppozizzjoni izda ma kinux infurmati, li l-Kap tal-Oppozizzjoni kien se jkollu xi impenji jew zjajjar ohra f Ghawdex.

Fuq dan il-punt Dr Karol Aquilina, li kien qed jirraprezenta lill-Partit Nazzjonalista qal li minbarra l-press call, il-Partit Nazzjonalista hareg stqarrija fejn semma l-impenji u z-zjarat li kellu l-Kap tal-Oppozizzjoni izda l-PBS ghazel biss li jirraporta l-konferenza tal-ahbarijiet. Is-Sinjura Saliba qalet li l-PBS fl-ebda hin ma kien infurmat b dawn l-impenji li setghu gew ikkaverjati facilment minhabba li kien hemm crew tal-PBS f Ghawdex f dik il-gurnata.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li kienet rat id-dokumentazzjoni u dak li xxandar fil-bulettin tal-ahbarijiet tat-12 ta Novembru 2020, l-Awtorità qablet li l-ilment rigward ir-rapport tal-konferenza tal-ahbarijiet tal-Kap tal-Oppozizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista li saret f Ghawdex, ma kellux jigi milqugh ghaliex dan kien rizultat ta nuqqas ta kjarezza bejn iz-zewg partijiet.  Kien jidher li kien hemm ukoll nuqqas ta kif zjajjar u l-impenji l-ohra f Ghawdex gew ikkomunikati min-naha tal-Ufficju tal-Kommunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista lill-media u ghaldaqstant il-PBS ma setax jinstab hati ta dan.

Fir-rigward tar-rapport dwar il-hatra ta Dr Roberta Metsola bhala Vici President tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità qablet li l-istazzjon ma jistax jinstab hati fuq issue ta sustanza jew kontenut per se u tal-mod kif giet irrapurtata, izda l-Awtorità tigbed l-attenzjoni  lill-istazzjon li f kazijiet bhal dawn, dawn it-tip ta rapporti ghandhom jinghataw l-importanza u l-attenzjoni xierqa fir-running order tal-bulettin.

 

14 ta Dicembru 2020