TVM - X'Hemm fil-Fiera - 21 ta' Ġunju 2010

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza li fil-programm X Hemm fil-Fiera li xxandar fil-21 ta Gunju, 2010 kien hemm ksur ta Artiklu 16K(a) u paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv, lill-produtturi Ms Nadette Bugeja u s-Sur Edward Zammit u kif ukoll lill-istazzjon li kien rapprezentat mis-Sur Mario Micallef u l-konsulent legali l-Avukat Joe Refalo.

L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet koncernati u qablet li dawn it-tip ta programmi ma kienux accettabbli u ma kellhomx jixxandru, partikolarment fuq ix-xandir pubbliku stante li l-avveniment in kwistjoni kien min-natura tieghu avveniment kummercjali.  Ghaldaqstant l-Awtorità ddecidiet li l-akkuza giet ippruvata, madankollu peress li din kienet ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur iddecidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix l-imsemmi ksur.