L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta TVM dwar il-programm Xarabank li xxandar fl-24 ta Dicembru, 2010 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir.
L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv, kif wkoll lis-Sur Ray Libreri f isem l-istazzjon u s-Sur Peppi Azzopardi li kien akkumpanjat mis-Sinjuri Norman Vella u PJ Vassallo ghall-produtturi u wara li hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet rat il-filmat relattiv, iddecidiet li l-akkuza giet ippruvata u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati, l-Awtorità imponiet il-penali relattiva ta €2,330 li kellha tithallas fi zmien xahar mid-data ta din in-notifika.