Decizjoni dwar l-akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. rigward il-programm Twelve to 3 li xxandar fit-3 ta Novembru, 2017
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta PBS Ltd. dwar il-programm Twelve to 3 li xxandar fit-3 ta Novembru, 2017, fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16K(a) tal-Att dwar ix-Xandir meta f din l-edizzjoni l-intervista mas-Sinjura Joan Haber dwar l-MFCC Weddings & Events Exhibition (Weddings Fair) spiccat f reklam wiehed wara l-iehor ghal setturi differenti lil kienu esebiti fl-istess fiera.
Skont l-akkuza, waqt l-intervista il-mistiedna qalet li hija kienet is-sid ta Alka Ceramics Ltd u semmiet numru ta prodotti li toffri l-kumpannija taghha, partikolarment f dak li ghandu x jaqsam ma souvenirs tat-tieg. Eventwalment hija kompliet titkellem dwar l-MFCC Weddings & Events Exhibition fejn spjegat x inhuma l-vantaggi ghal dawk kollha li jzuru l-fiera, kif ukoll x wiehed isib meta jzur dan l-avveniment. Filwaqt li spjegat li l-fiera toffri xi haga ghal kulhadd f dak li ghandu x jaqsam ma organizazzjoni ta avvenimenti, fosthom tigijiet, il-mistiedna semmiet ukoll il-vantagg li wiehed jista jidhol fic-cans li jirbah rigal ta €12,000 minghand ROCS travel. Lejn tmiem ir-rokna l-mistiedna regghet ghamlet referenza ghal Alka Ceramics Ltd u qalet li kienet qed tidhol il-kultura li jigu organizzati hen s parties anki f postijiet bhal Alka Ceramics fejn gruppi ta nies ikollhom ic-cans li jahdmu l-fuhhar. Din l-intervista kompliet tiehu xejra aktar reklamatorja meta l-prezentaturi nfushom qalu wkoll li bhalissa qed ikollhom talbiet biex jaghmlu quiz shows waqt it-tigijiet.
Fl-akkuza kien allegat li din l-intervista giet ridotta ghal reklam shih minhabba l-element reklamatorju li gie ipprezentat minhabba l-interessi kummercjali marbuta ma din il-fiera u anki minhabba li l-mistiedna tkellmet dwar il-kummerc taghha wkoll bil-prezentaturi jhallu l-kontenut jibqa ghaddej.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon li kien akkumpanjat mis-Sur Daniel Chircop produttur tal-programm, f seduta li nzammet fid-29 ta Novembru, 2017.
Minn naha tieghu is-Sur Chircop filwaqt li ammetta l-akkuza stqarr li minkejja li kienu tkellmu mas-Sinjura Haber dwar il-parametri tal-intervista, fil-fatt din kienet hadet l-opportunita u dawret l-istess intervista f messagg kummercjali. Zied li l-mistiedna kienet injorat ghal kollox l-iskript ippreparat u peress li l-intervista kienet live il-prezentatur ma setgha jaghmel xejn.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari tal-ammissjoni tal-istazzjon u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u ghalhekk kellha timponi l-penali relattiva ta €1750. L-Awtorità qablet li fic-cirkostanzi tal-kaz din id-decizjoni kellha tkun sospiza ghal sena mid-data tan-notifika.
Illum 2 ta Jannar, 2018