L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tal-Kap Ezekuttiv dwar l-edizzjoni tal-programm TVPM li xxandar fil-15 ta Gunju, 2015 fejn gie allegat li kien hemm ksur Paragrafu 5.4 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.30 li jaghmel accenn li kull talba dwar xi trattament trid tigi appoggata b evidenza xjentifika adekwata. Waqt dan il-programm ixxandret rokna ta Telebejgh tal-EasyLife bil-prodott Insta Life. Waqt din ir-rokna, il-prezentatur ghamel diversi rimarki dwar kif dan il-prodott inehhi l-ugiegh fid-dahar bla ma wiehed ikollu jiehu pilloli, injezzjonijiet u kura ohra bhall-akupuntura. F mumenti saret referenza wkoll ghal kif id-Dipartiment tas-Sahha ta kull pajjiz iheggeg lill-poplu tieghu sabiex ma jiehdux pilloli. Fil-filmat li xxandar bl-Ingliz intqal sahansitra “now it s time to get rid of those drugs, creams, heat pads and expensive weekly visits to a doctor. Now it s time to experience Insta Life”.
Fl-akkuza intqal li kien jinhass li dan it-telebejgh kien qed iheggeg lin-nies biex jixtru dan il-prodott bil-weghda li jfejjaq l-ugiegh fid-dahar minghajr ma tinghata spjegazzjoni xjentifika ta kif dan jista jsehh. Barra minn hekk inghatat l-impressjoni li tali prodott huwa sostitut ghal prodotti medicinali li persuni jistghu jkunu qed jiehdu minhabba ugiegh fid-dahar.
L-Awtorità semghet lil Dr Joanna Spiteri (li kienet qed tidher fl-assenza tal-Kap Ezekuttiv) u lis-Sur Mario Micallef f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, u lis-Sur Peter Caruana li deher f isem il-produzzjoni, f seduta li nzammet fl-14 ta Lulju, 2015. U minn naha tieghu s-Sur Caruana ikkontenda illi bhala principju il-kumpannija tara li l-prodotti li jingiebu Malta u li jigu pprezentati f irkejjen ta telebejgh kollha jkunu diga gew ippruvati f pajjizi ohra minghajr problemi. Zied li wara li rcieva l-akkuza u ra l-filmat relattiv huwa ha l-mizuri necessarji sabiex jinforma ahjar lit-telespettaturi dwar il-prodott u elimina ghal kollox kummenti dwar l-uzu ta medicinali ohra.
L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li rat il-filmat relattiv qablet li fir-rokna in kwistjoni kienu saru asserzjonijiet li ma kienux sostnuti u appoggjati b evidenza xjentifika adekwata ai termini tal-Ligi u ghaldaqstant iddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata, u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur iddecidiet li timponi l-penali relattiva ta elf mija u sittin Ewro (€1160) liema penali kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika.
Illum 23 ta Lulju, 2015