Ilment mill-Partit Nazzjonalista Dwar l-Ahbarijiet tal-PBS li xxandru nhar il-Gimgha 20 ta Novembru 2015 - Sunt tad-Decizjoni
L-Awtorità tax-Xandir intalbet tiddeciedi fuq ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista dwar in-nuqqas minn naha tal-PBS li jxandar fl-ahbarijiet l-incident li sehh fil-Parlament nhar il-Gimgha 20 ta Novembru 2015.
F seduta li nzammet nhar it-Tlieta l-1 ta Dicembru 2015, l-Awtorità semghet il-partijiet involuti inkluz ix-xhieda tal-gurnalist tal-PBS li kien inkarigat mir-rappurtagg tal-Parlament dakinhar li sehh il-kaz u iddecidiet is-segwenti:
Il-gurnalist stqarr li hu ma kienx fil-kamra tad-deputati dakinhar li sehh il-kaz ghax kien qed isegwi x-xandira minn fuq il-Live Stream u ma semax dak li ntqal waqt il-battibekk. Madankollu l-Awtorità qiset ukoll li l-gurnalist kien konxju li l-kliem iebes li uza l-iSpeaker meta dahal fil-kamra biex tkompli s-seduta juri li dan l-incident kien aktar serju minn tas-soltu.
Filwaqt li r-rapprezentanti tal-PBS fl-ebda hin ma sostnew li dan l-incident ma kellux valur t ahbar, ir-raguni li gab l-istazzjon li kien qed jistenna ir-ruling tal-iSpeaker biex jirrapporta l-incident ma tissodisfax id-dover tieghu li jirrapporta l-fatti li graw. L-Awtorità tqis li d-decizjoni li ma ssir l-ebda riferenza ghal dak li kien gara fil-Parlament dakinhar, kien nuqqas serju, aktar u aktar meta fil-bulletin tat-8pm tal-Gimgha 20 ta Novembru, fi tmiem ir-rappurtagg dwar il-Parlament in-newcaster qal li ser ikun hemm “rapport dettaljat fl-ahbarijiet illi jmiss u fuq tvm.com.mt”.
Jirrizulta li ma kien hemm l-ebda rapport iehor fl-aggornamenti tal-ahbarijiet li xxandru aktar tard dakinhar u l-ghada fuq TVM.
Minkejja li l-PBS irrileva li kien xandar rapport nhar il-Hadd 22 ta Novembru dwar l-intervista tal-Kap tal-Opposizzjoni li fiha issemma l-incident tal-Parlament u rrapporta wkoll ir-ruling tal-iSpeaker u l-Konferenza tal-Ahbarijiet li inghatat mill-Kap tal-Opposizzjoni fit-23 ta Novembru, l-Awtorità ma tqisx li dan jissodisfa l-obbligu tal-istazzjon li jwassal lit-telespettatur l-ahbar bl-immedjatezza dovuta.
Ghalhekk l-Awtorita` tilqa l-ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista dwar in-nuqqas ta immedjatezza fix-xandir ta din l-ahbar u ssib li l-istazzjon naqas serjament mill-obbligi tieghu meta ddecieda li ma jirreferix ghal dan l-incident fl-ewwel opportunità li kellu wara li sar jaf li dan sehh.
L-Awtorita` ma tistax ukoll ma telenkax il-preokupazzjoni taghha li l-istazzjon pubbliku ma jkollux gurnalist prezenti fil-Parlament biex jaghti r-rapporti tieghu, minkejja li fil-bulletini tal-Ahbarijiet regolarment tinghata l-impressjoni lit-telespettatur li l-kollegament ikun qed isir direttament mill-Parlament.
Illum 4 ta Dicembru, 2015
Ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista
L-Awtorità kellha quddiemha ilment mill-Partit Nazzjonalista datat 25 ta Novembru 2015 fejn il-partit ikkontenda li l-PBS naqas milli jxandar ahbar dwar l-incidenti li nqalaw fil-Parlament fil-konfront tad-deputata Marlene Farrugia nhar il-Gimgha 20 ta Novembru 2015.
L-Awtorità semghet lis-Sinjuri Matthew Bonnett, Direttur Informazzjoni u l-Avukat Matthew Paris f isem u in rapprezentanza tal-Partit Nazzjonalista u lis-Sur Reno Bugeja Editur u Kap Taqsima tal-Ahbarijiet tal-PBS Ltd, li kien assistit minn Dr Mark Vassallo f isem u in rapprezentanza ta PBS Ltd f seduta li nzammet nhar it-Tlieta l-1 ta Dicembru 2015.
Dr Matthew Paris qal li l-Partit Nazzjonalista hassu aggravat li l-istazzjon ghazel li ma jxandarx din l-istorja minkejja l-importanza taghha u ghalhekk hass li l-Partit Nazzjonalista kellu jilmenta mal-Awtorità tax-Xandir minhabba dan in-nuqqas.
Dr Paris kompla li l-PBS fit-twegiba tieghu kien indika li dan l-incident kellu valur t ahbar u l-fatt li l-istazzjon naqas milli jinkludih b mod immedjat fil-bulletini jew aggornamenti tal-ahbarijiet kien nuqqas li wassal ghall-ilment minn naha tal-Partit Nazzjonalista.
Minn naha tieghu Dr Mark Vassallo f isem il-PBS talab biex l-Awtorità tisma x-xhieda tas-Sur Victor Agius li dakinhar kien il-persuna responsabbli mir-rappurtagg tal-Parlament. Is-Sur Agius fix-xhieda tieghu qal li dakinhar hu ma kienx il-Parlament u li kien qed isegwi x gara permess tal-livestream tal-istess seduta.
Is-Sur Reno Bugeja intant qal li l-istazzjon bl-ebda mod ma heba din l-ahbar imma inkludiha fir-rappurtagg tad-diskors tal-Kap tal-Opposizzjoni tal-Hadd 22 ta Novembru waqt il-bulletin tat-8pm fuq TVM u l-ghada t-Tnejn xandar ir-ruling tal-iSpeaker u l-konferenza tal-ahbarijiet imsejha mill-istess Partit Nazzjonalista dwar dan ir-ruling.
Wara li semghet u ddiskutiet fid-dettal is-sottomissjonijiet taz-zewg partijiet, l-Awtorità iddecidiet kif gej:
L-ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista kien jittrata l-immedjatezza tar-rappurtagg tal-incident li sehh fil-Parlament waqt is-seduta tal-Gimgha 20 ta Novembru u l-Awtorità intalbet biex tiddeciedi dwar l-allegat nuqqas minn naha tal-PBS li ma xandarx tali ahbar.
Waqt is-smigh tax-xhieda tal-gurnalist li kien inkarigat mir-rappurtagg tal-Parlament, irrizulta li dan stqarr li ma semax il-kliem ezatt li inghad fil-kamra fil-konfront tal-Membru Parlamentari Marlene Farrugia, minhabba li huwa ma kienx prezenti fil-Parlament imma kien qed jirraporta minn dak li ra u sema fuq il-Live stream.
Minkejja dan, fl-istess xhieda, hareg car li l-istazzjon ma gabx raguni valida li turi li l-istess gurnalist, ma kienx jaf li kien hemm incident li jinvolvi membru tal-Kamra. Mix-xhieda tal-gurnalist stess, johrog li ghalkemm ikun hemm diversi istanzi ta battibekki waqt is-seduti, huwa kien konxju li dakinhar l-incident kien differenti minn tas-soltu u l-fatt li l-iSpeaker meta dahal fil-Kamra biex tkompli s-seduta uza kliem iebes fil-konfront tal-agir tal-membri, kien bizzejjed biex juri li l-incident kien aktar serju minn tas-soltu.
L-Awtorità tqis it-tentattiv li ghamel l-istazzjon biex jindaga dwar dan l-incident, permess tal-prezentatur tal-programm Ghandi Xi Nghid, Dr Andrew Azzopardi, bhala turija li qies dan l-incident bhala wiehed serju u li kellu valur t ahbar.
Waqt is-smigh, hareg ukoll li r-rapprezentanti tal-PBS fl-ebda hin ma sostnew li dan l-incident ma kellux valur t ahbar u r-raguni li gab l-istazzjon li kien qed jistenna ir-ruling tal-iSpeaker biex jirrapporta l-incident ma tissodisfax id-dover tieghu li jirrapporta l-fatti li graw. L-Awtorità hija tal-fehma li d-decizjoni li ma ssir l-ebda riferenza ghal dak li kien gara fil-Parlament dakinhar, kien nuqqas serju aktar u aktar meta fil-bulletin tat-8pm tal-Gimgha 20 ta Novembru, fi tmiem ir-rappurtagg dwar il-Parlament in-newcaster qal li “rapport dettaljat fl-ahbarijiet illi jmiss u fuq tvm.com.mt”.
Minn stharrig li ghamlet l-Awtorità jirrizulta li ma kien hemm l-ebda rapport iehor fl-aggornamenti tal-ahbarijiet li xxandru aktar tard dakinhar fuq TVM u anke l-ghada.
Minkejja li l-istazzjon fid-difiza tieghu issometta li kien irrefera ghall-incident meta rraporta l-intervista tal-Kap tal-Opposizzjoni nhar il-Hadd 22 ta Novembru u meta rraporta ir-ruling tal-ISpeaker u l-Konferenza tal-Ahbarijiet li inghatat mill-Kap tal-Opposizzjoni fit-23 ta Novembru, l-Awtorità ma tqisx li tali difiza tissodisfa l-obbligu tal-istazzjon li jwassal lit-telespettatur l-ahbar bl-immedjatezza dovuta.
Ghalhekk l-Awtorita` tilqa l-ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista dwar in-nuqqas ta immedjatezza fix-xandir ta din l-ahbar u ssib li l-istazzjon naqas serjament mill-obbligi tieghu meta ddecieda li ma jirreferix ghal dan l-incident fl-ewwel opportunità li kellu wara li sar jaf li dan sehh.
L-Awtorita` ma tistax ukoll ma telenkax il-preokupazzjoni taghha li l-istazzjon pubbliku ma jkollux gurnalist prezenti fil-Parlament biex jaghti r-rapporti tieghu, minkejja li fil-bulletini tal-ahbarijiet regolarment tinghata l-impressjoni lit-telespettatur li l-kollegament ikun qed isir direttament mill-Parlament.
Intant, ai termini ta Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, l-Awtorità qed tidderigi li f kaz li l-partijiet f dan l-ilment jaghzlu li jxandru din id-decizjoni, ghandhom jaghmlu dan billi jinqara testwalment is-sunt li hawn mehmuz ma din id-decizjoni. Ghal finijiet ta kjarifika, dan jghodd ghall-istazzjonijiet tal-PBS (inkluz dawk tar-radju) u l-istazzjonijiet NET u Radio 101.
Illum il-Gimgha 4 ta Dicembru 2015