TVM - Liquorish Casting - Novembru/Diċembru 2010

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta TVM dwar il-programm Liquorish Casting li xxandar fis-17 u l-24 ta Novembru u l-1, 15 u 22 ta Dicembru, 2010 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Artiklu 13(2)(a) tal-Att dwar ix-Xandir u Paragrafu 4.4.1 tal-Htigijiet dwar Standards u Prattika dwar is-Sehem ta Nies Bla Harsien Xieraq fil-Mezzi tax-Xandir.

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv, lis-Sur Reuben Zammit f isem l-istazzjon u lis-Sur Warren Brimmer li deher f isem il-produtturi, li kien assistit mill-Avukat Veronique Dalli.

L-Awtorità, wara li hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li ddiskutiet ir-rapport tal-monitoring, filwaqt li rriteniet li ma kinitx kontra dan il-generu ta programmi, madanakollu l-produtturi u l-istazzjon kellhom ikunu ferm attenti fir-rigward tal-kontenut imxandar u kif dan setgha jinfluwenza lit-telespetturi b mod partikolari dawk ‘l aktar vulnerabbli.    L-Awtorità zgur ma tistax taccetta t-tezi mressqa mill-istazzjon li ghax certi sitwazzjonijiet huma “realta tal-hajja” allura m hemm xejn hazin li jigu trasmessi fi programmi Reality Show.

L-Awtorità rriteniet li f dan ir-rigward kien hemm numru ta sitwazzjonijiet, elenkati fir-rapport tal-monitoring, fejn inhass li l-istazzjon ma kienx sensittiv bizzejjed, b mod partikolari irreferiet ghal kaz tat-tfajla li irrakkontat kif wara li ommha kienet inhakmet mid-dipressjoni din kienet ikkommettiet suwicidju u sostniet li xi sitwazzjonijiet u xeni fil-programm kienu sahansitra jtellfu d-dekor tal-persuna.

In vista ta dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali agir, qablet li kellha twiddeb l-istazzjon.