TVM - Illum ma' Steph - 12 ta' Mejju 2020

Decizjoni dwar l-ilment imressaq minn Dr Silvio DeBono, Direttur Manigerjali ta IDEA Group kontra PBS Ltd fir-rigward tal-programm Illum ma Steph tat-12 ta Mejju 2020

L-Awtorità kellha quddiemha ilment minn Dr Silvio DeBono, Direttur Manigerjali ta IDEA Group kontra PBS Limited rigward programm Illum ma Steph li xxandar fit-12 ta Mejju 2020. Dr DeBono ressaq dan il-kaz quddiem l-Awtorità ai termini ta Artiklu 21A u 34 tal-Att dwar ix-Xandir.

Prezenti ghal dan il-kaz kien hemm Dr Silvio DeBono li ressaq l-istess ilment filwaqt li ghall-PBS dehru l-producer tal-programm Stephanie Spiteri, il-Kap tal-Programmi Frans Lia, Reno Bugeja u Dr Mark Vassallo li deher ghall-PBS.

Dr Silvio DeBono spjega li l-kaz kien jitratta call for training mahruga mill-Malta Tourism Authority (MTA) fejn ippartecipaw f din l-iskema numru ta organizazzjonijiet li jaghtu tahrig kemm akkredidat u mhux akkredidat u kull min ippartecipa kien qed jikkompeti biex jattira kemm jista jkun nies ghat-tahrig minnhom offert. Qal li l-kumpanija li jirraprezenta kienet wahda minn dawn l-organizazzjonijiet li ukoll kien qed jahdem sabiex jappella lin-nies interessati biex imorru ghandu matul is-shop window ta hamest ijiem li kienet miftuha din l-iskema. Qal li kienet kampanja aggressiva u anke l-kumpanija tieghu kellha taghmel marketing aggressiv. Kien sorpiz meta kien infurmat li fuq programm tal-PBS kien hemm persuna li qed tippartecipa mieghu f din l-iskema. Din il-kumpanija kienet qed taghmel reklam mhux dikjarat, f forma ta intervista li kienet qed tigi pprezentata bhala intervista informattiva fuq l-istazzjon nazzjonali.

Dr DeBono qal li f din l-intervista ta madwar ghaxar minuti, ma kienx hemm indikat reklam bi hlas u dan kien wassal ghall-fatt ta unfair competition. Qal li m ghandu xejn kontra li ssir intervista dwar l-azjenda imma ma kellhiex tkun il-persuna li taghti n-numru tat-telefon privat lit-telespetatturi.

Dan it-trattament ingust ma sarx mieghu biss imma mal-kumpaniji l-ohra kollha u talab lis-CEO tal-PBS biex joffri rimedju immedjat. Qal li minhabba li t-twegiba saret jumejn wara, dan kien ifisser li kienet se tkun difficli li se jinghata rimedju meta is-shop window kienet se taghlaq l-ghada.

Dr DeBono qal li talab ghas-smigh tal-kaz biex jikkonstata stat ta fatt li hemm riperkussjonijiet. Qal li biex isir reklam ta 10 minuti fuq l-istazzjon nazzjonali jiswa l-flus imma l-fatt li wiehed ikun zvantaggjat huwa aktar aghar. Qal li f din ic-cirkostanza u minhabba l-affarijiet kif saru l-ebda ghaxar minuti mhu se jsewwu l-hsara.

Dr Mark Vassallo f isem il-PBS talab lil prezentatrici u produttrici tal-programm Stephanie Spiteri u li dwaru sar l-ilment tispjega x gara dakinhar. Is-Sinjura Spiteri spjegat kif giet imqarrqa meta giet avvicinata biex taghti spazju lil Dr Beverley Cutajar u talbet biex tinghata intervista u titkellem dwar programm li jippromwovi xi korsijiet mill-MTA minhabba li hasbet li s-Sinjura Cutajar gejja minn NGO. Is-Sinjura Spiteri qalet li l-intervista saret minghajr hlas.

Qalet li kieku kienet taf b dan kollu kienet iccempel lill-Kap Ezekuttiv tal-MTA is-Sur Johann Buttigieg u titkellem direttament mieghu imma f dak il-punt ma kinitx taf. Qalet li hassitha mqarrqa. Qalet ukoll li ghamlet zball li din ma gabithiex ghall-attenzjoni tal-PBS u setghet iddiskutietha mal-PBS.

L-Avukat Mark Vassallo qal li meta intalab rimedju, dan kien difficli jew impossibli li jinghata ghaliex kien hemm hafna aktar organizazzjonijiet li kien ifisser li riedu jinghataw 10 minuti-il wahda.

Dr Silvio DeBono ccara li dan is-smigh kien aktar biex jigi kkonstatat stat ta fatt milli biex jinghata rimedju.

Is-Sinjura Spiteri ccarat li kif saru jafu b dan il-kaz fil-programm tal-Hamis tal-istess gimgha gie intervista is-CEO tal-MTA u ittellghu l-ismijiet tal-providers kollha partecipanti fdin l-iskema. Dr Vassallo qal li dan kien a damage limitation exercise.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li kienet rat id-dokumentazzjoni u l-programm relatat kkonstatat is-segwenti u cioe;

Li kien hemm trattament mhux xieraq fil-konfront tal-kumpanija ta Dr DeBono, IDEA Group meta saret l-intervista ma Dr Beverley Cutajar. L-Awtorità tiddikjara li t-trattament mhux xieraq sehh minhabba li l-istazzjon jew il-producer ma vverifikawx id-dettalji li kienu inghataw minn Dr Beverley Cutajar qabel ma bdiet l-intervista u ghalhekk l-impressjoni tal-prezentatrici kienet li Dr Cutajar kienet tmexxi NGO meta fil-fatt kienet kumpanija kummercjali.

L-Awtorità qalet li b dan il-mod sar reklamar b ingann u dan a skapitu tal-kumpanija ta Dr DeBono u ohrajn li kienu qed jaghtu l-istess servizz. Qalet li l-istazzjon u l-producer kellhom jimxu b mod aktar diligenti u akkurat u jiccekkjaw il-fatti qabel ma jhallu mistednin jiehdu sehem fil-programm, aktar u aktar meta jidher li din il-parti tal-programm kienet informattiva.


In vista ta dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità ddecidiet li f dan il-kaz partikolari filwaqt li tilqa l-ilment ghaliex kien hemm zbilanc informattiv ta dawn is-servizzi li qed joffru kumpaniji kummercjali differenti, tinnota li l-istazzjon ha l-unici passi rimedjali li seta jiehu a tempo vergine u tiddikjara ma kienx hemm lok li taghti rimedju ulterjuri. Madanakollu l-Awtorità twiddeb lill-istazzjon u tidderigieh li fil-futur l-istazzjon ghandu dejjem jivverifika l-informazzjoni kollha li tkun qed tasal ghandu qabel tixxandar inkluz il-mistednin li jaccettaw jew jitolbu li jkunu parti fil-programm. Din il-prassi hija essenzjali aktar u aktar f kuntest ta kontenut reklamatorju.

18 ta Gunju 2020