Akkuza fil-konfront ta TVM rigward il-programm Gadgets li xxandar fis-17 ta Dicembru, 2016
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta TVM rigward il-programm Gadgets li xxandar fis-17 ta Dicembru, 2017, f seduta li nzammet fl-4 ta Lulju, 2017.
Il-prezentatur, Ian Busuttil Naudi, ta harsa lejn software li jaghti c-cans lil dak li jkun li jhaddem zewg operating systems fuq sistema MAC (i.e. Windows u OS X). Matul is-servizz mhux biss inghatat informazzjoni relatata ma dan is-software (bl-isem Parallels Desktop), izda saret intervista mal-Vici President tal-kumpannija Parallels f Malta li tkellem dwar l-operat tal-kumpannija u minn fejn topera. Fis-servizz ixxandret ukoll intervista ma Project Manager ta Parallels li matulha kompliet tinghata informazzjoni dwar prodotti ohra li din il-kumpannija toffri bhalma huma l-Parallels Toolbox u l-Parallels Access.
Skont l-akkuza fir-rokna informattiva nholqot assocjazzjoni evidenti bejn id-ditta Parallels u l-prodotti li din toffri (fosthom Parallels Desktop, Parallels Toolbox u Parallels Access). Barra minn hekk, il-mod kif saret il-prezentazzjoni dwar l-operat tal-kumpannija kompla jsahhah il-kontenut reklamatorju ghall-istess kumpannija u dan bi ksur tal-Artiklu 16K(a) tal-Att Dwar ix-Xandir.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Mario Micallef li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u lil Ms Federica Caruana f isem il-produtturi tal-programm.
Minn naha tieghu is-Sur Micallef qal li l-programm tratta software partikolari li mhux intenzjonat ghas-suq lokali izda huwa prodott innovattiv ghas-swieq internazzjonali. Zied li dan kien il-hsieb wara l-programm u cioe li jipprezenta innovazzjoni fit-teknologija – prodotti ta kwalità gholja u user friendly originati u zviluppati minn Web Developers f Malta.
Ms Federica Caruana qalet li l-assocjazzjoni saret biex tispjega u ssir enfasi fuq il-fatt li dan il-prodott jigi zviluppat Malta. Ziedet li dan is-slot ma kienx sponsored izda l-kumpannija inghatat hajr fl-ahhar tal-programm f forma ta credit u dan talli tat l-opportunita u access lill-produtturi jaghmlu l-feature.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata, u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur iddecidiet u qablet li timponi l-penali relattiva abbinata ma dan l-istess ksur ta elfejn tliet mija u tletin Euro (€2330) liema penali kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika.
Illum 21 ta Lulju, 2017