TVM - Bondi+ - 20 ta' Diċembru 2010

Lment tal-Partit Laburista

F seduta li saret fit-12 t April 2011, l-Awtorità tax-Xandir bdiet tisma ilment imressaq mill-Partit Laburista quddiem l-istess l-Awtorità tax-Xandir dwar l-edizzjoni tal-programm Bondi+ li xxandret fuq TVM fl-20 ta Dicembru, 2010. Is-suggett tal-programm kien iz-zieda fl-onorarja ghall-Prim Ministru, Ministri, Segretarji Parlamentari u l-Membri Parlamentari, fejn gie allegat li kien hemm zbilanc fil-konfront tal-Partit Laburista, u dan peress li informazzjoni u intervisti imxandra waqt l-istess programm kienu skorretti u inveritieri.

L-ilment tal-Partit Laburista kien jiffoka fuq tliet elementi principali fil-programm:

  • il-feature li fih giet ipprezentata f forma ta tabella l-informazzjoni dwar min, mill-membri parlamentari, kien wiegeb ghall-mistoqsijet ta Bond+, u x kienu r-risposti ta dawk li wiegbu.
  • l-intervista mal-Onorevoli David Agius, li semma b isimhom disa deputati Laburisti u qal li dawn kienu tkellmu mieghu dwar iz-zieda fl-onorarja, meta l-ebda wiehed minn dawn id-deputati ma ntalab jaghti reazzjoni waqt l-istess programm.
  • l-intervista ma Damien Cassar guvni ta 17-il sena li qal li kien sema lill-Onorevoli Owen Bonnici jitkellem dwar zieda fl-onorarja, meta f dan il-kaz ukoll ir-reazzjoni tal-Onorevoli Bonnici ma ntalbitx.

L-Awtorità tax-Xandir ikkunsidrat dan l-ilment taht Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir li jaghti s-setgha lill-Awtorità li tqis ilmenti dwar trattament ingust jew mhux xieraq fi programmi mxandra kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televizjoni.

L-Awtorità semghet lil Dr Natalino Fenech assistit minn Dr Therese Comodini Cachia f isem l-istazzjon, lis-Sur Lou Bondi ghall-Produtturi, lis-Sur Kurt Farrugia u lil Dr Stefan Zrinzo Azzopardi f isem il-Partit Laburista.

Fis-sottomissjonijiet tieghu waqt it-trattazzjoni ta dan l-ilment fl-ewwel seduta, ir-rapprezentant tal-Partit Laburista sostna li fil-programm in kwistjoni giet ipprezentata stampa zbilancjata ta dak li fil-fatt gara u l-istazzjon naqas serjament meta ghalkemm kellu z-zmien u l-opportunità, li jaghmel dan, ma hassx li kellu jikseb il-verzjoni ta dawk il-persuni li ssemmew fil-clips irrekordjati qabel il-programm.

Min-naha l-ohra l-istazzjon issottometta li kienet intbaghtet e-mail lill-membri parlamentari kollha dwar is-suggett u dawk li xtaqu jaghtu l-verzjoni taghhom setghu ghamlu dan billi irrispondew l-istess e-mail. Il-prezentatur tal-programm sostna wkoll li t-tabella kienet turi b mod grafiku min kien irrisponda ghall-mistoqsija mibghuta bl-e-mail u min ma rrispondix u x kienet ir-risposta skont il-kaz.

Waqt din l-ewwel seduta ir-rapprezentanti tal-Partit Laburista talbu lill-Awtorità biex l-Onorevoli Gino Cauchi u l-Onorevoli Owen Bonnici jinstemghu bhala xhieda aktar tard f din is-seduta.

Fid-dawl ta dawn l-izviluppi u wara li nstemghu dawn iz-zewg xhieda, l-avukat tal-Public Broadcasting Services Limited, Dr Comodini Cachia talbet differiment tas-smigh biex l-istazzjon ikun jista jsejjah lill-Onorevoli David Agius biex hu wkoll ikun jista jixhed quddiem l-Awtorità. Il-Partit Laburista ma oggezzjonax ghal tali rikjesta u ghalhekk it-tieni seduta marbuta mas-smigh ta dan l-ilment saret nhar it-Tlieta 19 t April 2011 fejn l-Onorevoli David Agius ta xhieda tieghu quddiem l-Awtorità.

Dwar l-intervista ta l-Onor David Agius, il-prezentatur sostna li ma hassx il-htiega li jitlob rejazzjoni mill-persuni msemmija mill-istess Onorevoli Agius fl-intervista li xxandret f dik l-edizzjoni ta Bondiplus.

Wara li semghet il-partijiet koncernati u wara li rat il-filmat tal-programm in kwistjoni, l-Awtorità waslet ghall-konkluzjonijiet segwenti:

1. Illi l-informazzjoni fit-tabella dwar il-preferenzi tad-deputati u jekk dawn kienux ser jaccettaw jew le l-imsemmija zieda, kienet giet ipprezentata mill-istazzjon b mod adegwat u ghalhekk din il-parti tal-ilment ma kellux jintlaqa.

2. Illi dwar il-parti tal-ilment rigwardanti l-intervista ma Damien Cassar, l-Awtorità kien irrizultalha li l-Onorevoli Owen Bonnici kien inghata dritt ghal risposta ai termini tal-ligi waqt edizzjoni successiva tal-istess programm u ghalhekk dwar dan ma kelliex tipprocedi ulterjoralment.

3. Illi d-dikjarazzjoni li kien ghamel l-Onorevoli Agius, waqt l-imsemmi programm, dwar disa deputati Laburisti, kien jehtiegilha li tigi bilancjata bir-reazzjoni ufficcjali u personali tal-istess deputati, u dan in vista tal-fatt li dawn kienu issemmew mill-istess Onorevoli Agius.

Jirrizulta li l-intervista mal-Onorevoli Agius kienet irrekordjata u ghalhekk il-produttur kellu l-hin kollu ghad-dispozizzjoni tieghu biex igib ir-reazzjoni tal-persuni imsemmija fil-feature, madanakollu dan hass li ma kellux il-bzonn li jaghmlu.

L-Awtorità qablet illi l-etika gurnalistika titlob li l-istazzjon jaghmel hiltu kollha biex jottjeni tali reazzjoni sabiex ikun jista jwassal lit-telespettaturi rapport komprensiv u bilancjat, u l-fatt li dawn ma wegbux e-mail tal-produzzjoni ma kienx jiggustifika l-agir tal-istazzjon.

In vista ta dawn il-konsiderazzjonijiet, l-Awtorità iddecidiet li f dan il-kaz, din il-parti tal-programm kienet zbilancjata u l-ilment tal-Partit Laburista kien gustifikat.

L-Awtorità qed tordna lil TVM, permezz ta direttiva mahruga taht Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir, sabiex tinqara sintesi ta din id-decizjoni, kif mhejjija mill-istess Awtorità, waqt il-bullettin principali tal-ahbarijiet tal-istazzjon mhux aktar tard minn sebat ijiem minn meta tigi kkomunikata din id-decizjoni.