TVM - Ħadd Għalik - 7 ta' Diċembru, 2008

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza li l-programm Hadd Ghalik tas-7 ta Dicembru, 2008  kien kiser il-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir peress li parti mir-reklam ta stabbiliment tal-ghamara  kien ukoll parti mis-set tal-programm.

Wara li l-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv u lill-istazzjon, hija sabet li kien hemm ksur tal-ligi u li din ma kinitx l-ewwel darba li l-programm instab hati ta ksur tal-ligi.

Ghalhekk wara li rat l-artikolu 41 u l-hames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddecidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta elf, mija u erbà u sitt Euro (€ 1,164) liema penali amministrattiva ghandha tithallas fi zmien xahar mid-data tad-decizjoni.