Trinitarji FM - 5 u l-10 ta' Marzu, 2018

Decizjoni dwar l-Akkuza fir-rigward ta Trinitarji FM - Galactic Time u Robert Music and Sports Show

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront tal-istazzjon tal-komunità Trinitarji FM fejn gie allegat ksur ta Paragrafu 3.3 hekk kif indikat fid-dokument tal-licenzja dwar il-htigijiet li ghandu jkun hemm fil-programmar u t-trasmissjoni bi ksur ta Paragrafu 2(a)(ii) tal-Ewwel Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta mir-rapporti li saru mill-moniteragg tat-trasmissjoni ta Trinitarji FM jirrizulta li waqt il-programm Galactic Time tal-5 ta Marzu 2018 u waqt il-programm Robert Music and Sports Show tal-10 ta Marzu 2018 kien hemm ksur tal-Att Dwar ix-Xandir minhabba li l-istazzjon irreklama u/jew inghataw sponsorship ta negozji li kienu jaqghu barra mill-akkwata ta fejn kien qed ixandar l-istazzjon.

L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Clint Baldacchino li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon u li kien akkumpanjat mill-Avukat Charlon Gouder, f seduta li nzammet fit-2 ta Mejju, 2018.

Minn naha tieghu s-Sur Baldacchino filwaqt li ammetta l-akkuza kontra l-istazzjon, skuza ruhu ghan-nuqqas u qal li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta ksur tal-obbligi fil-licenzja. Zied li f dan il-kaz huwa ma kienx issorvelja il-kontenut li kien ser ixandar id-Disk Jockey.

Dr Charlon Gouder qal li stazzjonijiet ta dan it-tip kellhom rizorsi limitati hafna u ghalhekk facli jkollhom jinqdew b DJs li f xi kazi jabbuzaw mill-airtime. Zied li f dan il-kaz l-istazzjon kien iddecieda li jittermina l-arrangament mad-DJs in kwistjoni biex jevita li jkun hemm ripetizzjoni tal-problema. Inoltre l-istazzjon kien qed jimpenja ruhu biex jissorvelja ahjar il-kontenut.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni minn naha tal-istazzjon u l-fatt li dan kien irrejagixxa mill-ewwel u qablet li din kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.

Illum 9 ta Mejju, 2018