Decizjoni fil-konfront ta PBS Ltd rigward il-programm EkoDjar li xxandar fil-25 ta April 2021
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza kontra PBS Ltd rigward il-programm EkoDjar li xxandar fil-25 ta April fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16K (a) tal-Att dwar ix-Xandir.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv li ressqet l-akkuza u lis-Sinjura Norma Saliba, Chyrsander Agius u Dr Ismhael Psaila in rapprezentanza tal-PBS li nghaqdu ghas-smigh b mod virtwali f seduta li nzammet fit-2 ta Gunju.
L-akkuza li tressqet mill-Kap Ezekuttiv kienet tirrigwardja intervista li saret fil-programm Eko- Djar tal-25 ta April li fiha nghatat informazzjoni dwar aspetti relatati mal-ippjanar fl-installazzjoni tal-ilma fid-djar. Fis-sensiela ta reklami li xxandret wara din ir-rokna, deher reklam ta kumpanija dwar ippjanar fl-installazzjoni tal-ilma fid-djar u deher ukoll l-istess persuna li kienet qed taghti informazzjoni waqt ir-rokna. Dan holoq assocjazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar u ghaldaqstant l-akkuza kienet dwar ksur ta Artiklu 16K (a) tal-Att dwar ix-Xandir minhabba reklamar b habi.
Min-naha tal-PBS, is-Sur Chyrsander Agius ammetta li dak li ntqal fl-akkuza kien minnu izda meta kienu qed jipproducu l-programm ma kinux konsapevoli li l-persuna li kienet qed tigi intervistata waqt ir-rokna informattiva kienet qed tidher fir-reklam. Qal li wara li harget l-akkuza fil-fatt irrangaw il-kontenut immedjatament.
L-Awtorità rat is-sottomissjonijiet u l-filmati marbuta mal-kaz u qablet li l-akkuza giet ippruvata u l-istazzjon instab hati, izda minhabba li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta dan il-ksur f dan il-programm, qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon biex ma jirrepetix tali nuqqasijiet.
15 ta Gunju 2021