Decizjoni dwar l-Akkuza fil-konfront ta Smash TV rigward il-Maratona Hope #missionfest li xxandret fid-19 ta marzu, 2018
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta Smash TV dwar il-maratona HOPE#Missionfest li xxandret fid-19 ta Marzu, 2018 fejn gie allegat ksur Artiklu 23(5) tal-Att dwar ix-Xandir u c-Cirkulari 13/17 ta nhar il-Gimgha 22 ta Dicembru 2017 meta l-istazzjon effettwa tibdil fl-iskeda tal-programmi minghajr ma informa lill-Awtorità tax-Xandir u ghaldaqstant lanqas inghatat l-approvazzjoni ghal dan.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Joseph Baldacchino bhala id-direttur tal-istazzjon, f seduta li nzammet fid-9 ta Mejju, 2018, li minn naha tieghu sahaq illi fic-cirkostanzi tal-kaz u peress li l-problema kienet wahda komuni ghal min xandar il-maratona, kien importanti li l-Awtorità ssejjah lill-istazzjonijjiet kollha. Zied li huwa kien konxju mill-provvedimenti tal-ligi pero kkontenda li fil-prattika li stazzjon jinforma lill-Awtorità qabel it-tibdil/caqlieq fl-iskeda mhux dejjem ikun possibbli.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni tal-istazzjon, u ddecidiet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas. In oltre l-Awtorità sahqet fuq l-importanza li l-istazzjonijiet josservaw il-provvedimenti tal-ligi u sakemm ic-cirkostanzi jippermettu, jinfurmaw lill-Awtorità b tibdil fl-iskeda.
In oltre u b mod generali l-Awtorità kkummentat fuq il-kwalità xi drabi xejn professjonali ta xi whud minn dawn ix-xandiriet u nnutat li fil-fatt n-numru taghhom kien qieghed jizdied.
Illum 25 ta Mejju, 2018