Smash TV - Forum - 24 ta' Marzu, 2015

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta Smash TV dwar il-programm Forum li xxandar fl-24 ta Marzu, 2015.  Waqt dan il-programm, il-prezentatur intervista lis-Sindku taz-Zurrieq, is-Sur Ignatius Farrugia, u s-suggett li ttrattaw kien l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u x qed jistennew in-nies mis-sindku jew il-kunsilliera. Waqt it-twegibiet tieghu s-Sur Farrugia semma progetti li saru mill-kunsill taz-Zurrieq, fosthom il-ftuh tad-dar Mattia Preti u l-importanza ta kuntatt tajjeb mar-residenti taz-Zurrieq, liema lokalità ilu jmexxi 13-il sena. Intant, il-prezentatur staqsa wkoll xi pjanijiet ghandu s-Sur Farrugia jekk jerga jigi elett Sindku tal-lokalità.  Skont l-akkuza tali xandira kienet tmur kontra d-Direttiva mahruga mill-Awtorità tax-Xandir ghall-perjodu 9 ta Marzu sal-11 ta April li fiha hemm elenkat li kwalunkwe programm dwar il-kunsilli lokali ghandu jkun bilancjat. F dan il-kaz kien jinhass li l-intervista kienet saret biex tippromwovi x-xoghol tas-Sindku attwali bi ksur ta Artiklu 15 tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lill-Membru Parlamentari s-Sur Silvio Parnis f seduta li nzammet fis-7 t April, 2015, u wara li fl-ahhar hin din giet infurmata li r-rapprezentant tal-istazzjon ma setghax ikun prezenti ghal dan is-smigh.

Minn naha tieghu s-Sur Parnis filwaqt li ammetta l-akkuza qal li dan kien programm li permezz tieghu kien isir il-gid u li s-Sur Farrugia kien mistieden regolari fil-programm.   Sahaq li dan in-nuqqas ma kienx intenzjonat u huwa bhala prezentatur, ma kienx konxju bid-direttiva li kienet harget l-Awtorita` u li hekk kif gie mgharraf bil-ksur tad-Direttiva huwa immedjatament waqqaf ir-ripetizzjoni tal-istess programm  u anke programmi ohra li kienu skedati.

L-Awtorità wara li hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluz l-ammissjoni tal-produttur f isem l-istazzjon ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata madanakollu peress li l-istazzjoni kien agixxa b mod immedjat u ha mizuri korrettivi u kawtelatorji iddecidiet li ma timponix il-penali relattiva u f dan il-kaz twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.

28 t April, 2015