PR Archive 2018


Stqarrija ghall-Istampa
Data: 7 ta Frar 2018
PR 01/18


Ghajnuna mill-Awtorità ghax-xandara

Ghal sena ohra l-Awtorità tax-Xandir qed tissussidja erba xandara ghall-kors ta Certifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti. Il-kors huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti u l-Università ta Malta. L-Awtorità ghandha rwol importanti anke fil-qasam ta tahrig ghax-xandara u f dan il-kaz tghin biex ikun hemm titjib fl-uzu tal-ilsien Malti fix-xandir.


Dan il-kors ta sena jghin lix-xandara partikolarment fit-thaddim tal-kitba tal-ilsien Malti u ghalhekk iservi biex il-lingwa miktuba fix-xandir titjieb u tkun ta livell hekk kif inhija mixtieqa wkoll mit-telespettaturi. Ghal din is-sena l-erba partecipanti huma Neil Azzopardi Ferriggi (ONE), Jean Claude Micallef (PBS Ltd.), Norman Vella (Media.link) u Renato Vella (ONE). L-Awtorità hija fiducjuza li dawn ix-xandara u gurnalisti, filwaqt li jtejbu l-hiliet taghhom fl-uzu tal-ilsien Malti, jikkontribwixxu wkoll biex iservu ta mudell, gwida u ghajnuna ghall-kollegi taghhom fuq il-post tax-xoghol f dak li ghandu x jaqsam l-ilsien Malti.


Din is-sena l-Awtorità se tkompli b aktar inizjattivi biex tharreg lix-xandara, gurnalisti u produtturi fil-hiliet tat-thaddim tal-Malti. L-Awtorità qed tahdem fuq progett mal-Kunsill tal-Malti ghal tahrig fuq is-sintassi u d-dizzjoni. Il-kors ikun miftuh ghall-istazzjonijiet kollha tat-televizjoni u r-radju u wkoll produtturi indipendenti tal-programmi. Dan ikun kors ta tahrig ghal numru limitat ta partecipanti u ghal perjodu qasir ta zmien bil-ghan li jkun aktar accessibbli ghax-xandara, produtturi u gurnalisti.

7 ta Frar 2018