L-Awtorità kellha quddiemha akkuza li l-programm B Xortik ma Robert li xxandar fuq ONE TV fil-25 ta Novembru 2008, kiser il-paragrafi 4, 9 u 43 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir kif ukoll tal-Htigijiet dwar Standards u Prattika dwar il-Prezz tat-Telefonati u Sms s fil-Mezzi tax-Xandir.
Dan peress li dehru reklami waqt is-sigla, ma nghatax prezz tal-Sms s, deher fokar eccessiv fuq dettalji ta prodotti wzati ghat-tindif tat-twapet fir-rokna nformattiva, sar reklam ta offerta ta zlazi abbinata mat-telebejgh ta prodott u deher spot waqt ir-rokna tat-telebejgh.
Wara li l-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lill-istazzjon, u rat video tal-programm, hija sabet li l-akkuzi gew ippruvati u li din ma kinitx l-ewwel darba li l-programm instab hati ta dan il-ksur.
Ghalhekk wara li rat l-artikolu 41 u l-hames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir, l-Awtorità ddecidiet li timponi penali amministrattiva fl-ammont ta elf, mija u erbà u sitt Euro (€ 1,164) liema penali amministrattiva ghandha tithallas fi zmien xahar mid-data tad-decizjoni.