L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta ONE dwar l-edizzjonijiet tal-programm Mad-Daqqa t Ghajn li xxandru fl-10 u s-17 ta Settembru, 2014 fejn gie allegat ksur ta paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt il-programm tal-10 ta Settembru is-Sur Mario Vella deher liebes beritta bil-kelma Mikado stampata fuqha meta l-istess ditta kienet wahda mill-isponsers. Fl-istess programm waqt ir-rokna tat-tisjir dehret is-Sinjura Marija Muscat, propjetarja tar-ristorant Ta Marija, u l-istess persuna li kienet dehret fir-reklam ghall-istess risrorant. Fil-programm tas-17 ta Settembru kien hemm intervista ma Salvu u Mari filwaqt li xxandar reklam ghall-prodotti Ta Salvu u Mari.
L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lis-Sinjura Ruth Vella Micallef li dehret ghan-nom u in rapprezentanza tal-istazzjon u lis-Sur Emy Farrugia li deher ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fl-14 t Ottubru, 2014.
Minn naha taghhom kemm l-istazzjon u kif ukoll is-Sur Farrugia sahqu li kienu ghamlu hilithom kollha sabiex ir-reklami jkunu distinti mill-irkejjen relattivi fil-programm u dan billi r-reklami xxandru fil-bidu u fl-ahhar tal-programm. Minn naha tieghu s-Sur Farrugia qal li minhabba c-cokon ta Malta kien ferm difficli li ma ssirx xi forma ta assocjazzjoni bejn l-isponser/reklami u l-irkejjen informattivi meta l-mistiedna jkunu maghrufa u minhabba li l-programm jixxandar darba fil-gimgha ma kienx possibbli ghalih li r-reklam jixxandar f hin distint mill-programm.
L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u nnotat li l-istazzjon seta facilment isolvi l-problema tal-producer tal-programm billi jaghti permess li r-reklam jixxandar wara li jkun konkluz il-programm, u filwaqt li rriaffermat il-htiega li l-istazzjon jirrispetta b mod evidenti u shih id-distinzjoni bejn l-element promozzjonali u l-kontenut tal-programm, iddecidiet li l-akkuza kienet tirrizulta u minhabba li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur fir-rigward ta dan il-programm, imponiet il-penali ta €1,160 li kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika.
Illum 22 t Ottubru, 2014