L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta ONE dwar l-edizzjonijiet tal-programm In D House li xxandru fit-3, 17 u 24 t Ottubru, 2014 fejn gie allegat ksur ta Artiklu 16M(3)(c) u Artiklu 16K(a) meta waqt il-programm tat-3 t Ottubru, il-prezentatrici ghamlet kafe lill-prezentatur u kien hemm inkwadratura tal-magna tal-kafe Electrolux. L-istess haga sehhet fl-edizzjoni tal-programm tas-17 t Ottubru u rrepetut fl-edizzjoni tal-24 t Ottubru. Intant, fl-edizzjoni tas-17 t Ottubru, il-prezentatrici intervistat lil Yani Ellul fejn quddiemu kellu zewg bottijiet tal-Big Wipes u Spray. Il-mistieden tkellem dwar dawn il-prodotti minghajr ma kien hemm indikazzjoni li din ir-rokna kienet reklam.
L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lis-Sinjura Ruth Vella Micallef, Senior Manager ta ONE Productions, li dehret f isem l-istazzjon u lil Ms Pauline Agius ghall-produzzjoni, f seduta li nzammet fit-2 ta Dicembru, 2014.
Ms Pauline Agius qalet li minkejja li kien veru li waqt il-preparazzjoni tal-kafa waqt il-programm kienet tidher il-magna dawn kien shots incidentali u ma kienux intizi biex isir reklam, Fil-waqt li fir-rigward tal-kaz tal-Big Wipes u Spray ammettiet li dan seta jidher bhala reklam fil-fatt ma kienx u dan kien nuqqas izolat u tul il-programm ma kienux issemmew ismijiet ta prodotti. Ziedet li minn meta ingibdet l-attenzjoni tal-istazzjon kienu ittiehdu l-mizuri sabiex tkun eliminata l-possibiltà ta ksur tal-ligi.
L-Awtorità ddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluz l-ammissjoni minn naha tal-istazzjon u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata u stante li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur iddecidiet li timponi l-penali relattiva ta elf sebgha mija u hamsin Euro (€1,750) liema penali kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika.
Illum 9 ta Dicembru, 2014