IIment minn Imperium Europa
L-Awtorità kellha quddiemha lment minn Imperium Europa kontra ONE datat 20 ta Mejju 2019, fejn gie allegat li tul il-kampanja elettorali ONE kien naqas li josserva u jaderixxi mad-Direttiva tal-Awtorità dwar il-partecipazzjoni ta esponenti ta partiti differenti fil-programmi marbutin mal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u in oltre li bl-agir tieghu l-istazzjon kien kiser ukoll ta Artiklu 13 tal-Att dwar ix-Xandir li kien jirreferi ghall-htiega ta imparzjalità dwar temi ta kontroversja politika.
L-Awtorità semghet lis-Sur Adrian Spiteri ghall-Imperium Europa u lis-Sur Jason Micallef Chairman ta ONE li kien akkumpanjat mis-Sinjura Ruth Micallef Vella, f seduta li nzammet fil-21 ta Mejju, 2019.
Min-naha tieghu s-Sur Spiteri qal li, minkejja d-Direttiva tal-Awtorità, sa dakinhar l-istazzjon kien naqas li jistieden rapprezentanza ta Imperium Europa fil-programmi tieghu u dan bi ksur tal-istess Direttiva u kien iwassal ghal diskriminazzjoni kontra l-istess Imperium Europa.
Is-Sur Jason Micallef sahaq fuq il-punt li ONE kien stazzjon privat u bhala tali ma kellu l-ebda obbligu jistieden rapprezentanza minn partiti ohra u in oltre bhala principju l-istazzjon ma kellux spazju ghal veduti partikolari.
L-Awtorità, wara li semghet is-sottomissjonijiet tal-partijiet, qablet li fic-cirkostanzi tal-kaz in ezami stante li l-kampanja elettorali kienet ghadha ma ntemmitx hija ma setghetx tiddeciedi fuq l-ilment quddiemha u ghalhekk filwaqt li rrizervat id-dritt li tiehu passi ulterjuri, iddecidiet li tissospendi d-decizjoni taghha ghal wara l-gheluq tal-Kampanja Elettorali.
22 ta Mejju 2019