ONE - Imperium Europa - 18 ta' Mejju 2019

Decizjoni dwar Ilment minn Imperium Europa kontra ONE


L-Awtorità kellha quddiemha ilment minn Imperium Ewropa kontra ONE datat 18 ta Mejju 2019, fejn gie allegat li tul il-kampanja elettorali ONE kien naqas li josserva u jaderixxi mad-Direttiva tal-Awtorità dwar il-partecipazzjoni ta esponenti ta partiti differenti fil-programmi marbutin mal-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u in oltre li bl-agir tieghu l-istazzjon kien kiser ukoll Artiklu 13 tal-Att dwar ix-Xandir li kien jirreferi ghall-htiega ta imparzjalità dwar temi ta kontroversja politika.

L-Awtorità semghet lis-Sur Adrian Spiteri ghall-Imperium Ewropa u lis-Sur Jason Micallef Chairman ta ONE li kien akkumpanjat mis-Sinjura Ruth Micallef Vella, f seduta li nzammet fil-21 ta Mejju, 2019.

Min-naha tieghu s-Sur Spiteri qal li minkejja d-Direttiva tal-Awtorità sa dakinhar l-istazzjon kien naqas li jistieden rapprezentanza ta Imperium Ewropa fil-programmi tieghu u dan bi ksur tal-istess Direttiva u kien iwassal ghal diskriminazzjoni kontra l-istess Imperium Ewropa.

Is-Sur Jason Micallef sahaq fuq il-punt li ONE kien stazzjon privat u bhala tali ma kellu l-ebda obbligu jistieden rapprezentanza minn partiti ohra u in oltre bhala principju l-istazzjon ma kellux spazju ghal veduti partikolari.

L-Awtorità, wara li semghet is-sottomissjonijiet tal-partijiet qablet li fic-cirkostanzi tal-kaz in ezami stante li l-kampanja elettorali kienet ghadha ma ntemmitx hija ma setghetx tiddeciedi fuq l-ilment quddiemha u ghalhekk filwaqt li rrizervat id-dritt li tiehu passi ulterjuri, ddecidiet li tissospendi d-decizjoni taghha ghal wara l-gheluq tal-Kampanja Elettorali.

Il-Kap Ezekuttiv irreferiet ghall-ilment minn Imperium Europa kontra ONE dwar ksur tad-Direttiva tal-istess Awtorità waqt il-Kampanja Elettorali ghall-Parlament Ewropew, liema ilment kien gie trattat fis-seduta tal-21 ta Mejju 2019. Ziedet li dakinhar l-Awtorità filwaqt li kienet sabet li ONE kien naqas li jaderixxi mal-imsemmija direttiva u l-obbligu li jistieden firxa wiesgha ta opinjonijiet fi programmi tieghu kif kien sottomess fl-ilment, iddecidiet li peress li l-Kampanja Elettorali kienet ghadha mhix maghluqa din ma kienitx f pozizzjoni li tiehu decizjoni finali u konklussiva u kellha tara x kien ser jigri fil-jiem successivi.

Il-Kap Ezekuttiva qalet li wara tmiem il-Kampanja irrizulta u gie konfermat illi ONE ma laqghax it-talba ta Imperium Europa, kiser id-direttiva u ma onorax l-obbligi imposti fir-rigward tal-partiti/gruppi/movimenti l-ohra li kkontestaw l-Elezzjoni u ghalhekk kienet qed titlob li l-Awtorità tiddeciedi l-kaz.

L-Awtorità ddiskutiet dan il-kaz u qablet illi bl-agir tieghu ONE naqas li jaghti ‘rapprezentanza wiesgha ta opinjonijiet u ghalhekk iddecidiet li l-ilment ta Imperium Europa kien jissussisti u kien gustifikat. L-Awtorità filwaqt li qieset it-trapass taz-zmien u l-fatt li l-Elezzjonijiet kienu saru qablet ma kienx ghadu opportun li jinghata rimedju.

Illum id-9 ta Lulju, 2019