ONE - Flimkien ma' Nancy - 3 ta' Jannar 2010

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tat-3 ta Jannar, 2010 fejn ONE TV kiser il-paragrafi 30, 31 u 43 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.  Kien hemm ksur tal-paragrafu 5.2 tal-Htigijiet dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta Kompetizzjonijiet u l-Ghoti ta Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir u ksur tac-Cirkulari 48/07 dwar ripetizzjoni ta programmi televizivi.

Dwar dan il-kaz l-Awtorità ikkostatat illi fir-rigward ta paragrafi 30 u 31 tat-Tielet Skeda ta l-Att dwar ix-Xandir, l-akkuza ma gietx ippruvata madanakollu l-istazzjon kiser paragrafu 43 tat-Tielet Skeda peress li waqt li rringrazzjat lill-isponsors u l-istabbilimenti li kienu jghinu l-programm, il-prezentatrici tat dettalji zejda u promozzjonali dwarhom sahansitra f kaz partikolari (Connie s Fish Shop) stiednet lit-telespettaturi jzuru l-imsemmi stabbiliment.

Fic-cirkostanzi tal-kaz, u cjoe li l-akkuza ma gietx ippruvata fit-totalità taghha l-Awtorità iddecidiet li twiddeb lill-istazzjon u ddirigiet li l-programm ghandu jibqà jigi segwit sabiex jigi assikurat li tali nuqqasijiet ma jirrepetux ruhhom.