ONE - Fil-Kċina ma' Malcolm - 23 ta' Jannar, 2014

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta ONE dwar il-programm Fil-Kcina ma Malcolm li xxandar fit-23 ta Jannar, 2014 fejn gie allegat ksur ta paragrafu 3.2 tal-Legislazzjoni Sussidjarja 350.22 Htigijiet Dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta Kompetizzjonijiet u l-Ghoti ta Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir meta l-prezentatur waqt il-kompetizzjoni tad-Domestica jaghmel domanda dwar il-prodott minghajr ma dan ikun indikat bhala messagg promozzjonali.

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lis-Sinjura Ruth Vella Micallef li dehret ghan-nom u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fil-15 t April, 2014.

Minn naha taghha s-Sinjura Vella Micallef filwaqt li ammettiet li dan kien zball u nuqqas tal-istazzjon, iddikjarat li kienu ttiehdu mizuri sabiex dan in-nuqqas ma jirrepetix ruhu.

L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet li l-akkuza kienet tirrizulta madanakollu stante li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur iddecidiet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqasijiet.

Illum 22 t April, 2014