Ċirkulari 09/23
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Qawwa tat-trażmissjoni fuq l-antenna ta’ riżerva
L-Awtorità riċentament talbet rapport li vvaluta jekk l-emissjonijiet ta’ radjazzjoni mis-sit ta’ trażmissjoni tal-Għargħur kinux konformi mal-linji gwida tal-ICNIRP. B’riżultat ta’ dan, l-Awtorità ġentilment qed titlob li kull meta t-trażmissjonijiet joperaw fuq l-antenna ta’ riżerva, il-qawwa tat-trażmissjoni tal-istazzjonijiet kollha trid tinżel għal 600W. L-Awtorità qed tieħu tali miżura biex tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tan-nies li jgħixu fil-madwar tas-sit.
Peress li bħalissa t-trażmissjonijiet qed joperaw fuq l-antenna ta’ riżerva kuljum bejn it-8am u t-3pm, minħabba l-proġett ta’ manutenzjoni tat-torri, huwa importanti din il-gwida tinżamm għall-benefiċċju ta’ kulħadd.
L-Awtorità tixtieq tirrangrazzjakom bil-quddiem tal-kooperazzjoni tagħkom.
Georvin Zammit
Uffiċjal Tekniku
24 ta’ Ottubru 2023
Ref : 15/61