Ċirkulari 07/23
Ċirkulari lill-istazzjonijiet tar-radju
Aġġornament dwar iċ-Ċirkolari 06/23 - Xogħol fuq it-Torri tal-Għargħur
Qed issir referenza għaċ-ċirkolari 06/23, mibgħuta nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ottubru 2023.
Minħabba ċirkostanzi mhux previsti, l-Awtorità tixtieq tinforma li l-master antenna se tibda tintefa’ mit-Tnejn, 16 ta’ Ottubru 2022 sa ma jinħareġ avviż ieħor, u sakemm it-temp jippermetti, mhux mill-Erbgħa, 11 ta’ Ottubru 2023 kif kien indikat fl-aħħar ċirkolari. Sakemm l-master antenna tkun mitfija, it-trażmissjonijiet ħa joperaw fuq l-antenna ta’ riserva.
Ix-xogħol mistenni jibda kuljum fit-08:00 u jdum madwar 6/7 sigħat. Għalhekk qed nitolbu l-kooperazzjoni tagħkom biex jibda jkun hemm preżenti l-persuni tekniċi tagħkom fis-sit tal-Għargħur fis-07:30, sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel ma jinqalbu t-trażmissjonijiet fuq l-antenna ta’ riserva, u mbagħad fis-14:30, biex jerġa jinqaleb kollox fuq l-master antenna.
Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom, nitolbukom sabiex tgħarrfu lill-produtturi u lill-preżentaturi tagħkom biex ikunu avżati b’dan u hekk jinfurmaw lis-semmiegħa tagħhom ukoll.
Georvin Zammit
Uffiċjal Tekniku
6 ta’ Ottubru 2023
Ref : 15/61