Net TV - Net News - 19 ta' Novembru 2010

Lment tas-Sur Godfrey Grima

L-Awtorità tax-Xandir semghet l-ilment mis-Sur Godfrey Grima kontra NET TV dwar dritt ta risposta li kien ixxandar f Net News tat-19 ta Novembru, 2010, liema dritt ta risposta kien segwit b servizz u b kummenti tal-istazzjon li skont is-Sur Grima kienu intenzjonati sabiex jimmitigaw l-effett u r-rimedju tal-istess dritt ghar-risposta, u ghaldaqstant intalab l-intervent tal-Awtorità sabiex id-dritt ta risposta jinqara mill-gdid fl-intier tieghu, minghajr ma jkun segwit minn kummenti u l hekk imsejhin insinwazzjonijiet infondati tal-istazzjon.

L-Awtorità kkunsidrat dan l-ilment taht Artiklu 34 tal-Att Dwar ix-Xandir li jaghti s-setgha lill-Awtorità li tqis ilmenti dwar trattament ingust jew mhux xieraq fi programmi mxandra kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televizjoni, f seduta li nzammet fl-19 t April, 2011. Prezenti ghal dan is-smigh kien hemm is-Sur Godfrey Grima assistit minn Dr Kris Borg, s-Sur Nathaniel Attard u Dr Frank Psaila li dehru ghall-istazzjon.

Fis-sottomissjonijiet tieghu, Dr Borg ghan-nom tal-klijent tieghu ta dettalji u elenka l-grajjiet li wasslu ghall-ilment u filwaqt li rrefera ghad-dispozizzjonijiet tal-Htigijiet dwar Standards u Prattika li kienu jirregolaw il-Bulettini tal-Ahbarijiet u programmi ta Grajjiet Kurrenti, specifikament ghal paragrafu 4.1, 4.6, 4.7 u 4.8 talab l-intervent tal-Awtorità u li d-dritt ta risposta jinqara mill-gdid fl-intier tieghu minghajr ma jkun segwit minn kummenti jew features.

Fis-sottomissjonijiet tieghu, is-Sur Nathaniel Attard, ghall-istazzjon filwaqt li ammetta li inizjalment id-dritt ta risposta kien ixxandar imhallat ma kummenti editorjali tal-istazzjon, wara li kienet ingibdet l-attenzjoni tieghu ghal fatt li t-talba ghal dritt ta risposta originali ma kienitx fil-fatt giet ezawrita ai termini tal-ligi, l-istazzjon kien xandar verzjoni inedita u fl-intier taghha tad-dritt ta risposta hekk kif sottomessa mis-Sur Grima. Is-Servizz li kien jirispekkja l-verzjoni tal-istazzjon kien imxandar b mod distint mid-dritt ta risposta u dan, skont l-istazzjon kien jikkonforma pjenament mal-provvedimenti tal-ligi.

L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet imma illimitat ruhha biss biex tistabbilixxi jekk il-mod ta kif ixxandar id-dritt ta risposta kienx jikkonforma mal-provvedimenti fil-Htigijiet dwar Standards u Prattika li kienu jirregolaw il-Bulettini tal-Ahbarijiet u programmi ta Grajjiet Kurrenti jew le. Meta kkunsidrat dan kollu, iddecidiet li l-ilment ma kienx gustifikat, madanakollu l-Awtorità qablet li kellha tigbed l-attenzjoni tal-istazzjon ghall-fatt li s-servizz li xxandar, anke jekk b mod distint, ezattament wara d-dritt ta risposta seta kien aktar konciz.