NET TV - Vittmi - 6 ta' Ġunju, 2015

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tal-Kap Ezekuttiv dwar l-edizzjoni tal-programm Vittmi xxandar fis-6 ta Gunju, 2015 fejn gie allegat li kien hemm ksur ta Artiklu 16(M)(4)(c) tal-Att Dwar ix-Xandir meta waqt din l-edizzjoni, waqt wahda mix-xeni, l-atturi dehru go bar jitkellmu u jiehdu drink. Fuq il-hajt tal-bar kien hemm bosta tabelli bi promozzjoni ghall-prodotti alkoholici b mod partikolari Budweiser u Southern Comfort.

L-Awtorità semghet lil Dr Joanna Spiteri (li kienet qed tidher fl-assenza tal-Kap Ezekuttiv) u lil Ms Marouska Pisani Bugeja f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fl-14 ta Lulju, 2015, li minn naha taghha kkontendiet li din is-serje li kienet imsawra fl-ambitu tal-fostering, kienet sahansitra endorsed mill-Agenzija Appogg u zgur li ma kien hemm l-ebda intenzjoni minn naha tal-produzzjoni li jsir xi reklamar jew promozzjoni ghal xorb alkoholiku.  Ziedet li x-xena in kwistjoni kienet tirrekjedi li tingibed gewwa bar u l-istazzjoni ma kellu l-ebda konnessjoni mal-importaturi tal-imsemmija prodotti.

L-Awtorità hadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u qablet li l-akkuza tal-Kap Ezekuttiv ma kienitx tissussisti u in vista ta dan iddecidiet li ma tipprocedix ulterjoralment kontra l-istazzjon.

Ilum 23 ta Lulju, 2015