Net TV - Elle - 29 ta' Novembru u s-6 ta' Diċembru, 2014

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza tal-Kap Ezekuttiv dwar l-edizzjonijiet tal-programm Elle tad-29 ta Novembru u s-6 ta Dicembru, 2014 fejn kien allegat li fl-edizzjoni  tad-29 ta Novembru 2014 kien hemm ksur ta Artiklu 16M(3)(c) u paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir fl-edizzjoni meta l-prezentatrici tidher taghmel introduzzjoni tal-irkejjen quddiem karozza Volkswagen ta lewn abjad bin-number plate personalizzat Elle. Kien hemm waqtiet ohra f dan il-programm fejn dehret din l-istess karozza u dan bi ksur tal-provvedimenti tat-tqeghid tal-prodott peress li dan il-programm ma jaqax taht il-generu ta light entertainment. Intant, fl-istess programm kien hemm rokna tax-xaghar ma Joseph u waqt il-waqfa ta reklami ixxandar reklam ta Hairoscope li fih deher l-istess Joseph.

Fl-edizzjoni tas-Sibt 6 ta Dicembru 2014 kien hemm ripetizzjoni tal-uzu tal-karozza.  Intant, kien hemm servizz dwar id-dwiefer ma Natasha filwaqt li fl-istess programm jixxandar reklam ta Nails by Natasha li fih tidher l-istess Natasha. Waqt dan il-programm ukoll kien hemm rokna dwar l-uzu tal-botox li fih ma kien hemm l-ebda indikazzjoni dwar l-effetti negattivi ta dan it-trattament u dan bi ksur tal-provedimenti f Paragrafu 14.1(c) u 14.1(d) tal-Avviz Legali 350.30 (Htigijiet dwar Standards u Prattika fil-Programmi li jinvolvu l-Partecipazzjoni ta Certi Professjonisti fil-Kura Medika fil-Mezzi tax-Xandir u Htigijiet dwar Reklamar, Metodi ta Reklamar u Direttivi li japplikaw ghall-Prodotti u Trattamenti Medicinali), u dan minhabba li Joanna Delia hija sinonima ma The Smart Clinic u tirriklama f dan il-programm filwaqt li tamministra t-trattament tal-Botox. Kien allegat ukoll li l-ksur ta Artiklu 16M(3)(c) u Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda kienu japplika wkoll ghal din l-edizzjoni tal-programm.

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv u kif ukoll lil Ms Marouska Pisani Bugeja, Chief Commercial Officer ta NET TV u lis-Sur Ryan Schembri produttur, f seduta li nzammet fl-10 ta Marzu, 2015 li minn naha taghhom filwaqt li ammettew in parti l-akkuza, ikkontendew illi kellhom rizervi fir-rigward tal-parti tal-akkuza li kienet titratta l-uzu tal-karrozza u dan peress li l-karrozzi kienu pprovduti minn Montebello Group u ma kien hemm l-ebda intenzjoni li jsir reklam lil ditta ta karrozzi peress li strettament din id-ditta kienet timporta diversi mudelli ta karrozzi ta ditti differenti.  

Ms Pisani Bugeja irrilevat li fil-kaz ta Joanna Delia u t-trattament tal-Botox din fil-fatt kienet tabiba ghalkemm kienet direttrici tal-kumpannija din ma kienitx maghrufa mat-telespettaturi.  In oltre ai termini tal-ligi li tirregola dan it-tip ta trattamenti kien hemm l-obbligu li dan is-suggett ikun trattat esklussivament minn tobba professjonisti fil-qasam.  Ziedet li s-Sur Schembri kien ghadu kemm ghadu gdid f dan il-qasam u kien ghadu qed jiffamiljarizza ruhu mar-regolamentazzjoni.

L-Awtorità, wara li semghet is-sottomissjonijiet tal-partijiet u hadet nota tal-fatt li l-istazzjon kien qed jaghmel sforzi biex jigu eliminati l-possibiltajiet ta ksur tal-ligi tax-xandir, hadet konjizzjoni wkoll li anke jekk b xi riservi ghal parti mill-akkuza, l-istazzjon ammetta li kien hemm ksur u minhabba li din ma kienetx l-ewwel darba li dan il-programm instab hati ta ksur, iddecidiet li kellha timponi l-penali relattiva ta €1,750, liema penali kellha tithallas fi zmien 30 jum mid-data tan-notifika.  In oltre l-Awtorità esprimiet il-preokkupazzjoni taghha fir-rigward tar-rokna dwar it-trattament tal-Botox u sahqet fuq il-htiega li t-telespettatur ikun konxju u ben informat dwar l-effetti negattivi li jistghu jgibu maghhom dawn it-trattamenti u f dan is-sens kienet ir-responsabbilta tax-xandar li jara li din tkun attwata.

Illum 18 ta Marzu, 2015