Fliving - Propjetà Minn Wara l-Kwinti - Lulju 2022

Decizjoni fil-konfront ta Fliving rigward numru ta programmi Propjetà Minn Wara l-Kwinti li xxandru matul ix-xahar ta Lulju 2022

 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuzi fil-konfront ta Fliving rigward il-programmi Propjetà Minn Wara l-Kwinti li xxandru fit-12, 13, 14, 18, 19 u 21 ta Lulju 2022 fejn gie allegat li f dawn il-programmi kien hemm ksur ta Paragrafu 13.1.3 tal-Legizlazzjoni Sussidjarja, 350.14 – Htigiet dwar Standards u Prattika li Japplikaw ghall-Bulettini tal-Ahbarijiet u Programmi ta Grajjiet Kurrenti.

 

Barra minn hekk il-programmi Propjetà Minn Wara l-Kwinti li xxandru fis-7, 13, 14 u 29 ta Lulju 2022 gew imressqa bi ksur ta Artiklu 16 (K) (1) (a) tal-Att dwar ix-Xandir.

 

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv tal-Awtorità, Dr Joanna Spiteri kif ukoll lil Dr Mariah Mula li dehret ghall-produzzjoni tal-programm, lis-Sur Simon Debono li huwa l-produttur u l-prezentatur tal-programm Propjetà Minn Wara l-Kwinti f seduta li nzammet fis-6 ta Settembru 2022. Fis-seduta prezenti kien hemm ukoll is-Sur Giglio Pirrone f isem l-istazzjon Fliving.

 

Il-Kap Ezekuttiv ipprezentat l-akkuza u qalet li waqt diversi edizzjonijiet tal-programm Propjetà Minn Wara l-Kwinti, dehru ritratti ta zewg Membri Parlamentari li skont il-prezentatur gew ipprojbiti mill-Partit taghhom stess li jattendu ghall-programm. Matul il-programmi li xxandru fit-12, 13, 14, 18, 19 u 21 ta Lulju 2022, il-produzzjoni hallew ir-ritratti ta dawn iz-zewg Membri Parlamentari matul il-programm kollu u ntqal li dawn se jibqghu hemm sakemm jinghataw il-permess li jigu fuq l-istazzjon u jispjegaw x gara.

 

Matul is-seduta giet ipprezentata wkoll akkuza ghall-programmi li xxandru fis-7, 13, 14 u 29 ta Lulju 2022 minhabba li l-prezentatur is-Sur Simon Debono waqt il-programm ta diversi dettalji dwar korsijiet ghall-Estate Agents, ta informazzjoni dwar kif wiehed jista japplika, il-prezz tal-kors, il-kontenut tal-kors u l-metodologija tal-kors. Qalet ukoll li waqt l-istess programm ixxandar reklam bi promozzjoni ghal dawn l-istess korsijiet. Minhabba f hekk il-kontenut kummercjali thallat mal-kontenut editorjali u dan sar bi ksur ta Artiklu 16 (K) (1) (a) tal-Att dwar ix-Xandir.

 

F isem il-produzzjoni, Dr Mariah Mula qalet li r-ritratti li gew esebiti fil-programm kienu jittrattaw referenza semplici kif titlob il-ligi u qalet li ma saret l-ebda referenza ohra dwar dawn iz-zewg politici li kienu mistednin fil-programm. Rigward it-tieni akkuza, spjegat li l-korsijiet mhumiex ta natura kummercjali ghaliex dawn isiru da parti ta NGO u ghaldaqstant ma sehh l-ebda avviz kummercjali u ma setghux jitqiesu li jiffurmaw parti minn komunikazzjonijiet kummercjali. Is-Sur Simon Debono spjega dwar dawn il-korsijiet u enfasizza li dawn kienu korsijiet li joffru tahrig professjonali izda huma korsijiet li ma jaghmlux profitt.

 

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u rat id-dokumentazzjoni relattiva u qablet li fl-ewwel akkuza l-mod kif ripetutament u matul l-edizzjonijiet kollha li ssemmew fl-akkuza dehru r-ritratti ta zewg Membri Parlamentari, din ma kinitx referenza semplici u lanqas ma l-prezentatur deher distakkat minnhom kif titlob il-ligi u ghaldaqstant sabet lill-istazzjon hati ta ksur ta Paragrafu 13.1.3 tal-Legizlazzjoni Sussidjarja 350.14 u gie mmultat €1,160. Rigward it-tieni akkuza l-Awtorità qablet ukoll li l-informazzjoni li nghatat waqt il-programmi dwar il-korsijiet huma kontenut car ta komunikazzjoni kummercjali irrispettivament jekk l-entità li ghaliha ssir referenza taghmilx profitt jew le mill-attivitajiet taghha u ghalhekk l-istazzjon instab hati ta ksur ta Artiklu 16 (K) (1) (a) tal-Att dwar ix-Xandir u gie mmultat €2,330. Ghalhekk l-Awtorità qed tiddeciedi li l-akkuzi gew ippruvati u qed timponi penali komplessiva ta €3,490, liema penali trid tithallas fi zmien 30 jum mid-data tan-notifika ta din id-decizjoni.

 

 

 

22 ta Settembru 2022