F Living - F Living Show - 4 ta' Lulju 2014

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta F Living Channel dwar il-programm F Living Show  li xxandar fl-4 ta Lulju, 2014 fejn gie allegat ksur ta Artikli 15, 23, 25(b) u 33 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta waqt il-programm kien hemm diversi ksur li kienu jinkludu t-telebejgh ta Stylish Bathrooms li fih ma kienx hemm il-prezzijiet tal-oggetti li kienu qeghdin jidhru waqt din it-tieqa, inkluz ukoll il-wiri ta reklam tal-istess Stylish Bathrooms. Intant, waqt ir-rokna tat-telebejgh tal-County Flowers l-istazzjon naqas li jaghti l-prezzijiet tal-oggetti kollha li ntwerew u li kienu b offerta diretta. Ghall-habta tal-11.30am ixxandret tieqa ta telebejgh ta Disegno Ceramica fejn ma nghatax il-prezz tal-oggetti kollha li ntwerew.  Barra minn hekk, kien hemm ukoll promozzjoni ghax-showrooms tal-Iklin u Hal-Qormi.  Intant, fis-6.30p.m. ixxandret tieqa ta telebejgh ta PTR Marine Division. Waqt din ir-rokna kien hemm referenzi ghal diversi mudelli ta dinghies u dghajjes li mhux kollha ntwerew fil-programm u ftit kien hemm indikazzjonijiet ta prezzijiet tal-mudelli varji.  Gie nnutat ukoll li l-istazzjon xandar total ta 19-il minuta 22 sekonda reklamar bejn l-4.00p.m. u l-5.00p.m.

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv kif ukoll lis-Sur Karl Bonaci li kien akkumpanjat mis-Sur Giglio Pirrone, f seduta li nzammet fit-2 ta Dicembru, 2014.

Minn naha tieghu s-Sur Bonaci filwaqt li ammetta l-akkuza qal li in parti n-nuqqasijiet elenkati kienu rizultat ta problemi teknici.  Zied li l-istazzjon u d-dirigenti kienu qed jaghmel hilithom kollha sabiex jipprezentaw programmi ta kwalità gholja filwaqt li jibqghu joperaw u vijabbli u dan minkejja l-kompetizzjoni.

L-Awtorità ddiskutiet is-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluz l-ammissjoni min-naha tal-istazzjon kif ukoll il-fatt li whud minn nuqqasijiet kienu attribwiti ghal hsarat teknici u filwaqt li ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata qablet li tipprocedi billi filwaqt li timponi l-penali relattiva tissospendi l-impozizzjoni taghha ghal perjodu ta sitt xhur.  L-Awtorità ddirigiet li tul dan iz-zmien kellha ssir sorveljanza akkurata tat-trazmissjoni tal-istazzjon biex ikun accertata li dawn in-nuqqasijiet ma jirrepetux ruhhom, f liema kaz is-sospensjoni taqa u tkun imposta l-penali.

Illum 9 ta Dicembru, 2014