Akkuza fil-konfront ta F Living rigward il-progarmm Nista li xxandar fil-31 ta Jannar, 2017
L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta F Living rigward il-programm Nista li xxandar fil-31 ta Jannar, 2017, fejn gie allegat li bejn l-19:00 u 20:00, l-istazzjon xandar total ta 20 minuta u 20 sekonda ta reklamar u dan bi ksur ta Paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir.
L-Awtorità semghet lill-Kap Ezekuttiv u lis-Sur Gilio Pirrone li deher f isem u in rapprezentanza tal-istazzjon, f seduta li nzammet fl-4 ta Lulju, 2017 li minn naha tieghu ikkontenda u attribwixxa dan in-nuqqas ghal fatt li programm ikun beda tard u b hekk pakkett ta reklami abbint mieghu jkun ixxandar fis-siegha orarja successiva b dan illi jirrizulta eccess ta reklami li jaqbez il-limitu konsentit bil-ligi. Zied li dan in-nuqqas kien zball genwin tant li l-istazzjon lanqas jirnexxielu jbiegh it-tnax-il minuta f siegha orarja kif konsentit ahseb u ara 20 minuta.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u ddecidiet li l-akkuza kienet giet ippruvata, u qablet li timponi l-penali relattiva abbinata ma dan l-istess ksur ta elf mija u sittin Euro (€1160) liema penali kellha tithallas fi zmien xahar mid-data tan-notifika.
Illum 21 ta Lulju, 2017