F Living - Bejnietna -19 t'Awwissu, 2015

L-Awtorità kellha quddiemha akkuza fil-konfront ta F Living rigward l-edizzjoni tal-programm Bejnietna li xxandret fid-19 t Awwissu fejn gie allegat li kien hemm ksur ta paragrafu 15 tat-Tielet skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta bejn id-9.00p.m. u l-10.00p.m. kien hemm 16-il minuta u 13-il sekonda ta reklamar u dan bi ksur tal-imsemmi provvediment tal-Att dwar ix-Xandir.

L-Awtorità semghet kemm lill-Kap Ezekuttiv u kif ukoll lis-Sur Virgilio Pirrone, f seduta li nzammet fl-20 t Ottubru, 2015, li minn naha tieghu filwaqt li ammetta l-akkuza qal li kien evidenti li dan kien incident rizultat ta problema fl-apparat li jirregola t-tqassim tat-trazmissjoni, wara li kien hemm qtugh fl-elettriku. Zied li b mod generali u fil-prattika l-istazzjon fl-ebda mument ma huwa f pozizzjoni li jxandar dak l-ammont ta reklami f siegha orarja, u apparti dan kien dejjem attent biex josserva b mod rigoruz il-ligi.

L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet in partikolari l-ammissjoni minn naha tal-istazzjon u qablet li l-akkuza kienet giet ippruvata madanakollu in vista tal-fatt li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab hati ta tali ksur f dan il-programm, iddecidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.


Illum 2 ta Novembru, 2015