Ilment minn Dr Jason Azzopardi rigward il-bulettin tal-ahbarijiet ta TVM li xxandar fit-23 ta Novembru 2020.
L-Awtorità kellha quddiemha ilment minn Dr Jason Azzopardi kontra PBS Ltd rigward item fl-ahbarijiet ta TVM tat-23 ta Novembru 2020.
F korrispondenza datata 23 ta Novembru 2020 u indirizzata lill-PBS, Dr Jason Azzopardi ilmenta li fit-titlu ta ahbar dwar digriet li inghata mill-Qorti intqal li l-Qorti kienet wissietu. Dr Azzopardi ilmenta li dan ma kienx rapport fidil u korrett tad-digriet mahrug mill-Qorti minhabba li fid-digriet ma kienx hemm l-ebda twissija fil-konfront tieghu u lil hinn li ma kienx korrett ir-rapportagg, l-enfazi sar fuq elementi periferali ghall-iskop tad-digriet . Ghaldaqstant Dr Azzopardi kien talab rimedju immedjat u effettiv fid-dawl tar-rapport li xxandar fil-bulettin tal-ahbarijiet tat-8pm.
L-Awtorità semghet virtwalment lil Dr Jason Azzopardi li pprezenta l-kaz tieghu, u lis-Sinjura Norma Saliba li kienet akkumpanjata mill-avukat tal-PBS Ltd, Dr Mark Vassallo f seduta li inzammet fil-21 ta Dicembru 2020.
Dr Jason Azzopardi ilmenta li fit-titlu ta ahbar dwar digriet li inghata mill-Qorti gie rrapurtat mill-PBS li l-Qorti kienet wissietu. Huwa qal li dan l-istess kliem kien deher ukoll fin-news portal ta TVM fuq rapport li deher online. Dr Jason Azzopardi qal li dan ma kienx rapport fidil, korrett u veritier tad-digriet mahrug mill-Qorti u tant li fi tmintax-il pagna ma kien hemm l-ebda twissija. Dr Azzopardi qal li filwaqt li l-PBS hass li dan id-digriet tal-Qorti kien ta news value ghaliex gie rrapurtat fl-ahbarijiet izda r-rapport ta dan id-digriet ma kienx korrett fil-konfront tieghu. L-istess gara fuq ir-rapurtagg online fuq il-web portal tal-PBS.
Dr Azzopardi spjega li wara l-ilment tieghu mal-istazzjon saret il-korrezzjoni fuq ir-rapport online izda din il-korrezzjoni ma saritx fil-bulettin tal-ahbarijiet tat-8pm ta TVM. Huwa ilmenta minhabba li l-udjenza ta TVM baqghu tat-tmienja ta fil-ghaxija, l-akbar udjenza ghall-ahbarijiet, baqghet b informazzjoni zbaljata ta dak li xxandar fil-bulettin tal-ahbarijiet tal-gurnata ta qabel, jigifieri tat-23 ta Novembru. Dr Azzopardi sahaq li l-fatt li kien hemm korrezzjoni fuq l-online, fiha innifisha kienet ammissjoni min-naha tal-istazzjon li kellhom zball.
Ghall-PBS is-Sinjura Norma Saliba kkonfermat li kienu rrangaw il-kelma ‘imwissi fuq ir-rapport online immedjatament u wara saret korrezzjoni fl-aggornament tal-ahbarijiet tal-11pm u fl-opinjoni tal -istazzjon ir-rimedju kien inghata lil Dr Azzopardi. Is-Sinjura Norma Saliba spjegat ukoll li t-titlu tat-televizjoni waqt il-bulettin tal-ahbarijiet kien sar b dak il-mod ukoll minhabba li hemm limitu ghat-tul filwaqt li din il-limitazzjoni ma tezistix ghall-website.
L-Awtorità hadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u wara li kienet rat id-dokumentazzjoni u dak li xxandar fil-bulettin tal-ahbarijiet tat-23 ta Novembru 2020, l-Awtorità qablet li filwaqt li tifhem li r-rapurtagg ma kienx fidil anke ghaliex il-fatt li l-gurnalist interpreta li l-kuncett ta kawtela bhala twissija haga ghal kollox differenti, l-Awtorità thoss li dan l-ilment ghandu jigi milqugh u tiddikjara li t-titlu tar-rapport tal-ahbarijiet tad-digriet tal-Qorti imxandar fit-23 ta Novembru 2020 ma kienx korrett u gust fil-konfront ta Dr. Jason Azzopardi. Tiddikjara izda li thoss li din id-decizjoni hija rimedju fiha inifisha. Fid-dawl ta dan, izda l-Awtorità qed taghti canfira lill-PBS u titlob lill-kamra tal-ahbarijietsabiex tinghata attenzjoni xierqa u retta ghal rapurtagg biex kull rapurtagg ikun veritier u jqarreb mal-fatti. L-Awtorità tezigi f kull rapurtagg ma jkunx hemm interpretazzjoni tal-fatti u dan biex il-bulettin jibqa jinzamm imparzjali, veritier u mibni fuq l-akkuratezza.
5 ta Jannar 2021