Ċirkulari

Latest

 

Cirkulari  05/23

 

Lill-Istazzjonijiet Kollha tar-Radju u Televizjoni

 

 

It-Tema tas-Suwicidju fix-Xandir

 

L-Awtorità tax-Xandir qed tinnota li kulma jmur is-suwicidju qed isir suggett iktar topiku. Fid-dawl ta dan, minkejja l-bzonn ta iktar gharfien dwar din ir-realtà, l-Awtorità tax-Xandir temmen li dan is-suggett ghandu jkun dejjem trattat bl-ikbar kawtela. Dan minhabba firxa wiesgha ta riperkussjonijiet li jistghu jirrizultaw mill-inkluzjoni ta din it-tema fix-xandir.

 

Minn punto di vista legali, il-L.S. 350.16, Htigiet dwar Standards u Prattika dwar Kif Ghandhom  Ikunu Rappurtati t-Tragedji fix-Xandir, Taqsima 6, tghid li;

 

Is-suwicidju ma ghandux jissemma hlief f cirkostanzi straordinarji. Importanti hafna li jinharbu dettalji ta suwicidji meta jkun hemm xi aspett gdid li jista jkun ikkupjat. Wiehed irid ukoll joqghod attent ghall-kliem li jaghzel biex jiddeskrivi l-grajja

 

Filwaqt li m hemm l-ebda dubju li dan il-provvediment, li jiffoka specifikament fuq ir-rappurtagg fl-ahbarijiet, irid jithares b mod rigoruz mix-xandara, nifhmu li s-sitwazzjoni fil-kuntest ta programmi ta diskussjoni tista twassal ghal trattament usa tat-tema inkwistjoni. 

Dan jista jwassal ghal diffikultajiet bla bzonn minhabba li s-suwicidju ma jkollux biss riperkussjonijiet fuq dawk li jghaddu minnu, izda wkoll fuq in-nies ta madwarhom.

 

Ghaldaqstant, f dan il-kuntest, l-Awtorità tax-Xandir qed titlob lix-xandara kollha sabiex ikunu sensittivi ferm fit-trattament ta din it-tema, kemm minn aspett ta kontenut verbali kif ukoll minn aspett ta kontenut viziv. Dan sabiex ix-xandir ikun biss mezz ta kif wiehed itejjeb is-sitwazzjoni, minghajr ma jittiehed ebda riskju dwar il-possibilità ta iktar ugigh u diffikultà ghal dawk kollha kkoncernati.

 

Dr Joanna Spiteri
Kap Ezekuttiv
31 ta Awwissu 2023

Ref. 144/01

 

 

 

 


Archive

Press here for Circulars to Broadcasting Stations Archive